prezzijiet – One News

Notifiki

Il-prezzijiet f’Malta tal-petrol u d-diesel xorta waħda baqgħu rħas mill-medja Ewropea

B’reazzjoni għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista qal li  apparti li l-Oppożizzjoni qed tipprova tqarraq meta tgħid li l-Gvern ma riedx jiddiskuti fl-MCESD, meta jaf li d-diskussjonijiet li jsiru huma pregorattiva tal-istess MCESD, u aktar minn hekk li l-Gvern qatt ma ddejjaq li jiddiskuti, l-istess Oppożizzjoni m’għandha l-ebda kredibilità li ssemmi dan is-suġġett meta għabbiet tant piżijiet fuq il-poplu meta kienet fil-Gvern. Aqra aktar

Dak kemm jiswa?

Id-dritt għall-għażla huwa wieħed mit-tmien drittijiet bażiċi li għandna bħala konsumaturi. Dan id-dritt ifisser li fis-suq għandna nsibu prodotti ta’ kwalitajiet differenti bi prezzijiet differenti biex b’hekk inkunu nistgħu nagħmlu l-aħjar għażla skont il-bżonnijiet u l-but tagħna. Pero’ biex verament nagħmlu l-aħjar għażla, importanti li nkunu nafu x’hemm fis-suq u dan nistgħu nagħmluh biss billi nduru diversi ħwienet u naraw x’għandhom għall-bejgħ. Għażla ta’ xiri tajba tiddependi wkoll minn informazzjoni ċara u korretta fuq il-prodotti offruti għall-bejgħ.

Aqra aktar

Erġajna! Fl-Ewropa jiżdied il-prezz u f’Malta jibqa’ stabbli

Għal darb’oħra l-prezz tal-fuel f’Malta baqa’ stabbli u taħt il-medja Ewropea filwaqt li żdied fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Tikkonferma dan statistika tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonferma li fl-aħħar xahar il-prezz medju tal-petrol fl-Unjoni Ewropea żdied bi tliet ċenteżmi u minn €1.36 kull litru sar €1.39. Żdied ukoll b’żewġ ċenteżmi u nofs il-prezz tad-diesel li minn €1.215 tela’ għal €1.24.

Filwaqt li kien hemm dawn iż-żidiet fl-Unjoni Ewropea, il-prezz f’Malta baqa’ stabbli b’€1.31 il-petrol u €1.18 id-diesel.

Aqra aktar

Fl-2016 naqas mill-ġdid l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna

Matul l-2016 ir-rata tal-inflazzjoni f’pajjiżna naqset għal 0.9%, minn 1.2% is-sena ta’ qabel.

Ir-rata tal-għoli tal-ħajja s-sena li għaddiet kienet fost l-inqas osservati mindu bdiet titkejjel l-inflazzjoni bil-kejl tal-Eurostat 20 sena ilu. Fil-fatt, kien biss fl-2007 u fl-2014 li kienet osservata rata ta’ inflazzjoni marġinalment inqas.

Fi stqarrija l-Gvern innota li filwaqt li fil-bidu tal-leġislatura r-rata ta’ inflazzjoni kienet 3.2%, taħt din l-amministrazzjoni r-rata medja ta’ inflazzjoni kienet ta’ 1%. Tul l-amministrazzjoni preċedenti r-rata medja ta’ l-għoli fil-prezzijiet kienet ta’ 2.8%, jew kważi tlett darbiet ir-rata osservata fl-2016.

Il-politika tal-Gvern preżenti hija r-raġuni ewlenija għalfejn Malta bdiet ikollha rata ta’ inflazzjoni baxxa. Filwaqt li l-Gvern preċedenti għabba lill-familji b’żieda qawwija fil-prezz tal-prodotti essenzjali tad-dawl, ilma, gass u fuel, il-Gvern preżenti naqas dawn il-piżijiet.

Aqra aktar

Gvern Nazzjonalista żied il-prezz tal-fuel aktar minn 20 darba

L-Oppożizzjoni m’għandhiex kredenzjali titkellem dwar il-prezzijiet tal-fuel hekk kif taħt l-amministrazzjoni preċedenti l-prezzijiet tal-fuel kienu fost l-ogħla li qatt kienu f’pajjiżna.

Fil-datt matul l-amministrazzjoni preċedenti, l-prezzijiet tal-fuel żdiedu b’aktar minn 20 darba fil-perjodu tal-leġiżlatura.

Aqra aktar

Prezz stabbli tal-gass tul ix-Xitwa

Il-prezz taċ-ċilindri tal-gass se jibqa’ stabbli sal-aħħar ta’ Marzu 2017, li jfisser li l-prezz ta’ ċilindru tal-gass ta’ 12kg se jibqa’ dak ta’ €14.50. Hekk kif il-prezz internazzjonali tal-gass LPG qed ikompli jiżdied, f’pajjiżna l-prezz se jkun inżamm stabbli għal sena sħiħa, inklużi x-xhur tax-xitwa meta l-familji jużaw l-aktar il-gass.
Aqra aktar

Send this to a friend