Presidenza – Page 9 – One News

Notifiki

L-inkwiet ikompli jberren fl-Istati Uniti – id-Demokratiċi jagħmlu boycott

Demokratiċi fil-Kumitat tal-Finanzi tas-Senat Amerikan qed jagħmlu boycott fuq il-vot li jrid jitfgħu għal żewġ persuni li nnomina Donald Trump.

Qed jinsistu li jridu jkunu jafu aktar dwar l-attivitajiet finanzjarji tan-nominat Tom Price, li Trump iridu responsabbli mill-qasam tas-saħħa, u Stephen Mnuchin, li jridu responsabbli mit-teżor.

Hemm aktar deċiżjonijiet ta’ Trump li jridu jaffaċjaw vot, fosthom Jeff Sessions bħala Avukat Ġenerali. 

Il-Prim Ministru tan-Norveġja ġejja Malta għada

Il-Prim Ministru tan-Norveġja Erna Solberg għada l-Erbgħa se tagħmel żjara uffiċjali f’Malta.

Matulha hija se jkollha laqgħa ta’ korteżija mal-President ta’ Malta. Wara l-Prim Ministru Norveġiża flimkien mad-delegazzjoni tagħha se jkollha taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Wara l-laqgħa ż-żewġ pajjiżi mistennija jiffirmaw memoranda of understanding.

 

 

Il-Presidenza anke fl-ilbies

Hija tradizzjoni ta’ kull Presidenza li tagħti tifkira tal-pajjiż lid-delegati minn membri stati oħra. Fost oħrajn s’issa ġew prodotti madwar 26,000 ingravata u 14,000 xalpa li ħafna minnhom qed jintlibsu wkoll mill-uffiċjali tal-Presidenza Maltija.

Aqra aktar

Taħlita unika jew il-Maltin bħall-qaqoċċa Siċiljana?!

Bil-Presidenza tal-Unjoni Ewropea f’idejha Malta tidher li bdiet fuq nota ta’ effiċjenza u professjonalità. Prosit għal dil-gzejra f’nofs ta’ baħar, li qed turi kemm hi kapaci u ambizzjuża anki f’oqsma internazzjonali…u prosit għat-tmexxija li tidher qed tispira u taħdem ħarir. Jekk hemm xi ħaġa li tgħallimna mill-poteri imgħoddija li mexxew dal-gżejjer żgur li rawwimna l-ħiliet, l-istrateġiji u d-dixxiplina li tmur ma’ avvenimenti quddiem il-barranin li fihom irridu noħorġu ta’ ‘rġiel’ (anki jekk dil-frażi idjomatika Maltija b’xorti ħażina ma tinkludix in-nisa).

Aqra aktar

“Din il-Presidenza bdiet bl-aħjar mod possibbli”

“Din il-Presidenza bdiet bl-aħjar mod possibbli.” Dan qalitu l-Kummissarju Ewropew Věra Jourová hija u tindirriza konferenza tal-aħbarijiet wara li ntemmet il-laqgħa informali tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni.

Laqgħa li fil-jum tal-ġimgha kienu diskussa l-Uffiċċju Ewropej ta’ prosekutur pubbliku u l-legislazzjoni fuq l-insolvenza.

Aqra aktar

L-ewwel ‘file’ tal-Presidenza Maltija

Kien fis-settur tas-Sajd li ngħalaq l-ewwel file taht il-Presidenza Maltija tal-Kunsill ta’ Unjoni Ewropea. Fil-fatt, tul il-jum tal-Erbgħa kien hemm qbil mal-Parlament Ewropew fuq regolament li jistabilixxu standards dwar bastimenti tas-sajd.

Aqra aktar

Il-priġunieri jaħdmu għall-Presidenza

Ħmistax-il priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jaħdmu fuq xejn inqas minn elfejn souvenir li se jingħataw lid-delegati li jiġu f’pajjiżna matul dawn is-sitt xhur ta’ Presidenza. Dan f’workshop tal-arti u d-disinn bħala parti mis-sistema edukattiva tal-priġunieri fl-istess faċilità.

Aqra aktar

Presidenza realistika iżda ottimista dwar il-migrazzjoni

  • Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil: Il-ministri tal-Intern tal-UE jiddiskutu t-triq ’il quddiem

 Waqt laqgħa informali tal-Kunsill tal-ĠAI fil-Belt Valletta, il-ministri tal-Affarijiet Interni tal-UE u tal-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen illum iffukaw fuq it-tiftix ta’ soluzzjonijiet fir-rigward tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (is-SEKA) u indirizzaw il-kwistjoni tas-solidarjetà u l-qsim ġust tar-responsabbiltà f’dan il-qasam.

Aqra aktar

Arranġamenti ġodda tal-parkeġġ fil-Belt

B’rabta mal-avvenimenti relatati mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, għada, 27 ta’ Jannar 2017, se jkun restritt it-traffiku u mhux se jkun permess li jsir parkeġġ fit-toroq u fil-ħinijiet indikati, ġewwa l-Belt Valletta:

Aqra aktar

Send this to a friend