Presidenza – Page 7 – One News

Notifiki

Il-ħoss ta’ Malta jispikka fi Brussell

F’Dar Malta, fi Brussell, qed jirrenja entużjażmu sħiħ fid-dawl li l-Presidenza Maltija telqet fuq sieq tajba ħafna. Kien hemm laqgħat importanti fi Brussell u oħrajn f’pajjiżna filwaqt li f’dan l-ewwel xahar ingħalqu ftehimiet importanti bħal dak tar-Roaming. Dan il-proċess li involva ħafna tħejjija u diskussjonijiet kien dak li wasal fi tmiemu nhar it-Tlieta li għadda fejn il-Ministri Maltin ressqu l-prijoritajiet tagħhom quddiem il-kumitati differenti tal-Parlament Ewropew.

KullĦadd tkellmet dwar dan il-proċess u iktar ma’ Cyrus Engerer, mibgħut tal-Prim Ministru fi Brussell u responsabbli għar-relazzjonijiet tal-Gvern Malti mal-Parlament Ewropew.

Aqra aktar

Ann Fenech u l-‘pastizz on a paper napkin’

Angela Merkel, spontanjament, marret tiggosta ftira Maltija fi stabiliment żgħir, tipiku ta’ pajjiżna.

Il-Prim Ministri tal-Belġju, Slovenja u Lussemburgu ma ddejqu xejn jiggostaw ikel Malti f’ambjent Malti.

Bosta ġurnalisti li ħadmu hawn Malta dawn l-aħħar jiem intlemħu jżuru ħwienet tat-te, jesperjenzaw is-sempliċita’ u l-ġenwinita’ Maltija.

Iżda Ann Fenech tħossha kemxejn superjuri, u għaliha li bniedem jiggosta dak li hu Malti huwa ‘common’ u ‘crude’.

Aqra aktar

MALTA MAL-EWROPA KOLLHA

F’dawn l-aħħar jiem, partikolarment tul il-jum tal-ġimgħa għajnejn l-ewropa kien fuq pajjizna għal Malta Summit.

Aktar minn sitt mitt ġurnalist minn aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali irraportaw bi prominenza sa minn jiem qabel l-Malta Summit.

Minn partijiet differenti madwar il-Belt Kapitali tagħna, fl-isfond tal-Port il-Kbir jew xi bini storiku, ġurnalisti barranin wasslu r-rapporti tagħhom

Aqra aktar

JINSISTU LI JRIDU LIL JOSEPH MUSCAT MINFLOK TUSK

Mexxejja minn pajjiżi diversi tal-Unjoni Ewropea qegħdin iżidu l-pressjoni fuq Joseph Muscat biex jikkunsidra bis-serjetà li jaċċetta li jinħatar President tal-Kunsill Ewropew jekk kemm –il darba ma jkunx hemm qbil li l-President attwali, Donald Tusk, ikun ikkonfermat.

Aqra aktar

“Kultant irridu nkunu f’żewġ postijiet!” – minn perspettiva ta’ cameraman

Ħafna drabi waqt summits importanti bħal ma kien dak li seħħ ilbieraħ hawn Malta, l-attenzjoni tiffoka l-iktar fuq il-politiċi u forsi l-ġurnalisti.

Iżda biex tasal l-istampa għand min isegwi, iridu jkunu dawk tal-camera.

Nies li għandhom xogħol stressanti u ta’ strapazz, u li mhux dejjem ikunu rikonoxxuti. Għalhekk hija interessanti din il-perspettiva tal-cameraman Shaun Cucciardi.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru Malti jilqa’ l-Prim Ministru Irlandiż

Dalgħodu l-Prim Minsitru Irlandiż Enda Kenny ltaqa’ mall-Prim Minstru Joseph Muscat f’Kastilja.

Il-Prim Ministru Malti tkellem dwar kif pajjiżn jrid jaħdem mal-pajjiżi kollha, filwaqt li huwa konxju mill-kwistjonijiet li l-Irlanda għandha quddiem wiċċha minħabba Brexit. Dak li nkiseb ilbieraħ fil-Malta Summit juri li l-Unjoni Eworpea tista’ tasal għar-riżultati, meta jkollha direzzjoni ċara.

Il-Prim Ministru tal-Irlanda irringrazzja lill-Prim Malti talli qed jagħti priorità lill-eżiġenzi tal-Irlandiżi. Għaraf li l-Presidenta tal-Unjoni Ewropea hija xi haġa kbria għal pajjiż żgħir. Qal li Brexit se jkollu impatt qawwi fuq l-Irlanda, speċjalment f’terminu ta’ negozju. Qal ukoll li l-Irlanda ma tittollerax fruntieri fin-negozju minhabba l-kwistjoni Brexit, kif diġà kkomunika mal-Prim Ministru Theresa May.

Aqra aktar

“Riżultat ta’ ħidma twila” – Joseph Muscat

F’inidirizz lill-mezzi tax-xandir fi tmiem laqgħa mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dak li nkiseb llum hu riżultat ta’ ħidma twila.

Il-Prim Minsitru qal li nksibu riżultati fuq żewġ aspetti ; il-migrazzjoni u r-relazzjoni mal-Istati Uniti.

F’kummenti lill-mezzi tax-xandir, il-Prim Ministru qal li l-ftehim bejn l-Italja u l-Libja fuq l-immigrazzjoni mhux perfett imma għall-ewwel darba hemm ftehim fuq l-immaniġjar tal-kampijiet. Il-Gvern Libjan kien kuraġġuż biżżejjed biex jammetti li għandu bżonn l-għajnuna. Issa hemm ftit tama li fil-Libja jista’ jkun hemm xi forma ta’ kontroll, li għandu jwassal biex min għandu dritt jingħata refuġju, jingħata refuġju. Imma ma jistax ikun li tkun il-moda li jkun hemm l-immigrazzjoni llegali. “Irridu nipproteġu lil min ħaqqu jiġu protett” sostna l-Prim Ministru, imma żieda jgħid li l-fruntiera ma jridux ikunu passatur. Dan il-ftehim ma’ sarx b’kumbinazzjoni, imma saret ħidma kontinwa li sarrfet fl-ewwel riżultat.

Aqra aktar

Is-summit se jkompli mingħajr Theresa May

Wara l-working lunch fil-Birgu, il-mexxejja Ewropej se jkunu qed jissuktaw bid-diskussjoni matul is-summit informali f’pajjiżna. It-tieni sessjoni se tkun qed tiffoka fuq l-futur tal-Unjoni Ewropea hekk kif se jsiru t-tħejjijiet għas-60 anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma li se jiġi ċċelebrat fil-25 ta’ Marzu 2017.

Aqra aktar

Il-Presidenza ta’ Muscat twassal għal ftehim qabel mistenni

Il-mexxejja Ewropej qablu mal-proposta ewlenija ta’ Malta dwar il-ftehim mal-Libja hekk kif ġiet fi tmiemha l-ewwel sessjoni tas-summit informali wara biss siegħa. Il-mexxejja appoġġjaw il-ftehim li sar bejn l-Italja u l-Libja lbieraħ bl-għan ewlieni tiegħu ikun li jitnaqqas l-influss tal-immigranti miċ-ċentru tal-Mediterran u jitkisser iċ-ċirku ta’ traffikanti tal-bnedmin.

Aqra aktar

Send this to a friend