Presidenza – Page 6 – One News

Notifiki

Taħt tmexxija Maltija joħorġu linji gwida għal skejjel Ewropej, biex forsi jonqsu t-tfal obeżi

L-obeżità fost it-tfal hija waħda mit-temi diskussi waqt il-Presidenza Maltija. Dalgħodu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne nieda linji gwida għal skejjel madwar l-Ewropa biex meta joħorġu tenders l-iskejjel, joħorġu b’rabta ma’  ikel tajjeb .

Il-linji gwida japplikaw ukoll għal dawk fl-industrija, biex jipprovdu ikel tajjeb għas-saħħa. Dawn il-linji gwida tqasmu lid-delegati Ewropej li jinsabu hawn Malta għal konferenza ta’ jumejn bħala parti mill-Presidenza Maltija.
Il-Ministru Fearne qal li 40% tat-tfal Maltin fl-iskejjel għandhom jew problema ta’ piż żejjed jew problema ta’ obeżità.
Malta tinsab fir-raba post , bil-Greċja fuq quddiem nett, fejn jidħlu l-iktar tfal obeżi mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea

 

IL-PRESIDENZA MALTIJA TWASSAL GĦAL FTEHIM KONTRA L-EVAŻJONI TAT-TAXXA

  • Il-Presidenza Maltija tkompli tikseb ir-riżultati

Seba’ ġimgħat biss wara l-bidu tagħha, il-Presidenza Maltija, laħqet ftehim mal-Kunsill għall-Affarijiet Finanzjarji u Ekonomiċi fi Brussell, l-Ecofin, biex tkun ikkompilata lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkoperawx mal-liġijiet Ewropej dwar l-evażjoni tat-taxxa u ħasil ta’ flus, bil-għan li dawn ikunu esklużi.

Il-Ftehim li qed jissejjaħ Anti-Tax Avoidance, ATAD II, huwa prova ċara ta’ kemm pajjiżna huwa kommess li jiġġieled il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. B’Hekk, kwalunkwe allegazzjoni li pajjiżna qed ikaxkar saqajh biex jilħaq dan il-ftehim mal-Ewropa kienet falza.

Aqra aktar

Ġimgħa tar-riżultati għall-Presidenza Maltija

Din il-ġimgħa l-impenji tal-Presidenza Maltija kienu ddominati kemm fi Strasburgu kif ukoll fi Brussell fejn komplew jintlaħqu aktar riżultat għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

F’dan l-ewwel xahar u nofs tal-presidenza maltija , uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea qed jiqbgħu impressjonati bil-ħidma li qed isir mill-gvern malti, f’din il-Presidenza.

Aqra aktar

Wirja tal-arti mill-isbaħ dwar Malta fi Brussell

Ilbieraħ ġiet inawgurata wirja tal-arti msemmija  Malta. Land of Sea,  li qiegħda tittella’ fiċ-Ċentru tal-Belle Arti BOZAR fi Brussell.

Din il-wirja tiffoka fuq il-karatteristiċi ta’ pajjiżna, b’enfasi fuq il-baħar li jdawwar il-Gżejjer Maltin, u fiha qed jintwerew ‘il fuq minn sittin biċċa tal-arti, kif ukoll oġġetti ta’ wirt kulturali Malti, kemm klassiku kif ukoll kontemporanju.

Aqra aktar

Malta se tiftaħ ambaxxata fit-Turkija

Pajjiżna se jkun qed jiftaħ ambaxxata fit-Turkija, liema aħbar il-Prim Ministru Tork laqa’ b’sodisfazzjon. Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li ta din l-aħbar f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta bejn il-Prim Ministru Malti u l-Prim Ministru Tork wara laqgħa li kellhom f’Kastilja bħala parti miż-żjara uffiċjali tal-President Tork f’pajjiżna. Din kienet propju l-ewwel  żjara uffiċjali tal-Prim Ministru Tork.

Aqra aktar

Qari ta’ Letteratura Maltija fi Brussell

 

Attività letterarja mħejjija mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se tkun attività fost bosta li se tkun qed tiċċelebra l-Presidenza Maltija ġewwa Brussell.

Waqt din l-attività erba’ kittieba magħrufa se jkunu qed jaqraw siltiet minn xogħolhom lill-pubbliku.

Aqra aktar

RIŻULTAT IEĦOR għall-Presidenza Maltija

Il-Presidenza Maltija laħqet riżultat ieħor wara li irnexxilha tinnegozja b’suċċess biex pajjiżi Membri tal-Unjoni Ewropea jibdew jiġu offruti assistenza biex iwettqu riformi importanti f’pajjiżhom.

L-idea nibtet f’Novembru ta’ sentejn ilu meta l-Kummissjoni Ewropea ħarġet bi proposta biex jitwaqqaf programm ta’ għajnuna għall-pajjjiżi Ewropej f’każ li jridu jwettqu riformi f’pajjiżhom f’oqsma differenti.

Pajjiżi Ewropej se jkunu jistgħu japplikaw biex jirċievu għajnuna taħt forma ta’ flus, u anke f’riżorsi umani, biex ikollhom s-sapport meħtieg ħalli jwettqu b’suċċess tibdil li l-istess Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda kull tant zmien.

Aqra aktar

“KBURI B’MALTA” – JOSEPH MUSCAT

“Kburi b’pajjiżi. Kburi b’Malta. Is-Summit Ewropew mhux biss kien imfaħħar ħafna għall-organizzazzjoni eċċezzjonali li kellna mil-lat loġistiku, imma qiegħed fuq fomm l-Ewropa kollha għall-kisbiet politiċi. Ilbieraħ għamilna rebħa anke għall-poplu Malti fl-immigrazzjoni fejn issa għandna passi konkreti biex nibdew insolvu din il-problema kbira Ewropea bħala Unjoni Ewropea.”

Dan kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat li s-Sibt filgħodu tkellem mal-gazzetta Kullħadd wara s-Summit ta’ Malta li ġie mfaħħar mill-mexxejja kollha Ewropej.

Aqra aktar

Send this to a friend