Presidenza – Page 5 – One News

Notifiki

L-ewwel kummenti tal-Ministru Chris Cardona qabel is-summit informali

Illum f’pajjiżna qed issir il-laqgħa Informali tal-Ministri għall-Kummerċ li tlaqqa’ lill-Ministri responsabbli mill-kummerċ u lid-delegati li jaħdmu f’dan il-qasam.

Il-Laqgħa Informali għandha l-għan li tippermetti lill-Ministri jiddiskutu b’mod informali dwar dossiers ewlenin jew li jiġbru u jaqsmu l-ideat kollha tagħhom rigward għażla ta’ materji kummerċjali. Fl-ewwel kummenti tiegħu l-Ministru Chris Cardona spjega li wara li lbieraħ filgħaxija kienu diskussi numru ta’ b’rabta mal-kummerċ, illum fil-Belt Valletta ministri Ewropej se jiddiskutu bosta aspetti oħra.

Fuq l-aġenda waqt laqgħa informali bejn ministri Ewoprej hemm suġġetti bħal metodoloġija ġdida fuq anti-dumping, kif wieħed jitratta kwistjonijiet mal-Ukrajna, u x-xenarju ġdid issa li l-poplu Amerikan għażel President ġdid.

Waqt il-kummenti tiegħu qabel daħal għal laqgħa informali, il-Ministru Malti responsabbli mill-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona qal li l-multilateraliżmu huwa l-futur tal-kummerċ. Jiġifieri numru ta’ pajjiżi jaħmdu id f’id fuq kwistjonijiet komuni.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jkompli bl-impenji tiegħu f’tour mal-kapitali Ewropej

  • Il-Prim Ministru f’laqgħat mal-President u mal-Prim Ministru tar-Rumanija

 Il-Prim Ministru kompla bl-impenji tiegħu f’tour mal-kapitali Ewropej fir-Rumanija fejn kellu laqgħat mal-President u mal-Prim Ministru tar-Rumanija. Fil-laqgħa mal-President Klaus Iohannis, id-diskussjoni ffukat dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea u dwar it-triq li s-27 stat membru jridu jieħdu ‘l quddiem.

Aqra aktar

Jissoktaw il-laqgħat tal-Prim Ministru fir-Rumanija

Fil-jum tal-Tlieta l-Prim Ministru Joseph Muscat beda tlett ijiem ta’ żjarat f’sitt ibliet differenti madwar l-Ewropa, bħala parti mill-impenji uffiċjali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dalgħodu l-Prim Ministru ltaqa’ mal-President tar-Rumanija Klaus Iohannis f’Bucharest.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru f’laqgħa mal-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka

L-impenji tal-Prim Ministru matul il-jum komplew b’laqgħa mal-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka Bohuslav Sobotka, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġewwa Praga.

Id-diskussjonijiet iffukaw fuq il-qbil bejn iż-żewġ pajjiżi dwar futur ta’ Ewropa iktar soċjali fejn nifhmu li l-prijoritajiet huma differenti għal kull pajjiż, iżda li kull pajjiż jaħdem għall-kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-Prim Ministru nnota li r-Repubblika Ċeka u Malta għandhom ħafna affarijiet komuni soċjalment, fost l-oħrajn li huma tnejn mill-aktar tliet pajjiżi Ewropej b’rata ta’ qgħad baxxa.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru fi Stokkolma għal-laqgħat mal-Prim Ministru Svediż

Il-Prim Ministru Joseph Muscat beda tlett ijiem ta’ impenji f’sitt kaptali madwar l-Ewropa, b’laqgħa fi Stokkolma mal-Prim Ministru tal-Isvezja Stefan Löfven.

Iż-żewġ Prim Ministri ddiskutew l-aġenda soċjali tal-Unjoni Ewropea, il-progress tal-Presidenza Maltija, Brexit, kif ukoll il-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jibda ż-żjarat f’sitt pajjiżi Ewropej

Illum il-Prim Ministru Joseph Muscat beda żjara ta’ tlett ijiem f’sitt pajjiżi Ewropej differenti bħala parti mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea .

Fil-jum tat-Tlieta l-ewwel impenji tal-Prim Ministru se jkunu fi Stokkolma fejn se jiltaqgħa mal-Prim Ministru tal-Isvezja Stefan Lovren. Fi Stokkolma l-Prim Ministru mistenni jkollu laqgħa mal-Partit Soċjali Demokratiku fil-kwartieri ġenerali tagħhom.

Aqra aktar

Għaddew xahrejn ta’ Presidenza effettiva

Fid-diskors tiegħu waqt iċ-ċerimonja inawgurali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-11 ta’ Jannar, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar it-timbru tal-Presidenza tal-iżgħar Stat Membru tal-UE fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Fi kliem il-Prim Ministru, Malta hija determinata li taħdem qatigħ biex iġġib ’il quddiem affarijiet li jolqtu l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE; l-affarijiet li nitkellmu fuqhom fuq ix-xogħol, fil-ħwienet u fi djarna. Barra minn hekk, it-tema ta’ ‘Reunion’ li Malta għażlet għall-Presidenza tagħha, tirrifletti   l-missjoni intrinsika ta’ pajjiżna li minkejja ċ-ċokon tiegħu iservi ta’ pont kemm bejn l-Istati Membri nfushom u wkoll mal-pajjiżi ġirien. Din it-tema għandha tikkaratterizza wkoll id-diskussjonijiet li se jsiru waqt il-Presidenza li matulha l-UE trid issib soluzzjonijiet konvinċenti għall-isfidi l-kbar li għandha quddiemha.

Aqra aktar

Presidenza li tpoġġi lill-artisti wkoll fil-qalba tal-Ewropa

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 hija assoċjata mal-aspett politiku. Madankollu, dawn is-sitt xhur li fihom Malta qiegħda fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal-Ewropa, huma wkoll opportunità għat-talent lokali. Għalhekk il-Presidenza Maltija tal-UE qed tippreżenta programm kulturali vast u varjat maġenb dak politiku.

Ix-xahar ta’ Jannar, li ta bidu lil din il-Presidenza, għadda bħal leħħa ta’ berqa. Mhux inqas dak ta’ Frar, li segwieh b’diversi proġetti kulturali kbar. Fosthom hemm uħud li għadhom għaddejjin s’issa.

Aqra aktar

Se jibda jkollna ID cards bl-ittra X

Persuni transgender u intersex se jingħataw id-dritt li fuq id-dokumenti uffiċjali li jinħarġu minn Identity Malta bħal passaporti jew karti tal-identitá ma jkollhomx jagħżlu MARA jew RAĠEL, iżda jiġu mmarkati bl-ittra X.

Aqra aktar

Send this to a friend