Presidenza – Page 4 – One News

Notifiki

Lesti jagħtu evidenza dwar ir-rabtiet bejn Trump u r-Russja

Żewġ Kapijiet mis-sezzjoni tal-inteliġenza sigrieta tal-Istati Uniti lesti li jixdhu quddiem il-Kungress dwar possibilitajiet ta’ rabtiet bejn ir-Russja u l-kampanja elettorali tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.

Huma lesti li jindirizzaw id-dikjarazzjoni mingħajr bażi li għamel Trump, fejn qal li Obama għamel spjunaġġ ta’ telefonati fuq il-linja tiegħu.

Aqra aktar

X’għandha x’taqsam Malta mal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku?

  • Malta, bħala President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ingħatat l-inkarigu li tibda d-diskussjonijiet dwar x’tip ta’ ftehim irid jintlaħaq mal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku wara li jiskadi l-Ftehim ta’ Cotonou fl-2020

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella, ħa sehem f’laqgħa tal-Commonwealth Ministerial Action Group f’Londra. Malta hija membru ta’ dan il-Grupp bħala ċ-Chair in Office tal-Commonwealth.

Fl-interventi tiegħu, il-Ministru Vella informa lill-Grupp li Malta, bħala President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ingħatat l-inkarigu li tibda d-diskussjonijiet dwar x’tip ta’ ftehim irid jintlaħaq mal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku wara li jiskadi l-Ftehim ta’ Cotonou fl-2020. Huwa appella lil dawn il-pajjiżi, speċjalment dawk membri tal-Commonwealth, biex iħejju l-pożizzjoni tagħhom għall- Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-Unjoni Ewropea u dawn il-pajjiżi, li se ssir f’Malta f’Ġunju li ġej.

Il-Ministru Vella qal li l-Commonwealth għandu juri interess dwar ir-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth wara li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin laqa’ l-enfasi fuq l-edukazzjoni u s-saħħa taż-żgħażagħ fir-rapport tas-Segretarja Ġenerali u qal li dan hu mod kif wieħed jevita r-radikalizzazzjoni.

Aqra aktar

Pajjiżna nkarigat minn ftehim importanti

  • Malta, bħala President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ingħatat l-inkarigu li tibda d-diskussjonijiet dwar x’tip ta’ ftehim irid jintlaħaq mal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku wara li jiskadi l-Ftehim ta’ Cotonou fl-2020

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, it-Tabib George W Vella, ipparteċipa f’laqgħa tal-Commonwealth Ministerial Action Group f’Londra. Malta hija membru ta’ dan il-Grupp bħala ċ-Chair in Office tal-Commonwealth.

Aqra aktar

Lura f’Malta għal żjara qasira wara 219-il sena

Għall-ewwel darba mis-sena 1798, l-istallett ta’ Jean de Valette se jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni f’Malta waqt esebizzjoni li se tittella’ minn Heritage Malta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Presidenza Maltija.

Kien ir-Re Filippu II ta’ Spanja li lill-Gran Mastru Jean de Valette tah xabla u dan l-istess stallett tad-deheb, biex jgħarraf il-kuraġġ li kellu fi ħdan l-Ordni ta’ San Ġwann.

Aqra aktar

Triq “pożittiva, kostruttiva u miftuħa” – JM

Id-dikjarazzjoni ta’ Ruma se tkun qed tibazza l-futur tal-Unjoni Ewropea fuq Ewropa maqgħuqa. Din id-dikjarazzjoni li intlaħħqet wara qbil unanimu bejn il-mexxeja Ewropej, fi tmiem summit ta’ jumejn fi Brussell.

Fuq Twitter il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li d-diskussjoni dwar it-triq il-quddiem għas-sittin anniversarju tat-trattat tar-Ruma hija pożittiva ,  kostruttiva u miftuħa.

Aqra aktar

Id-deċiżjoni TUSK fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew

Il-Prim Ministru jinsab fi Brussell għall-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Mal-wasla tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u stqarr li matul din il-laqgħa għandha tittieħed deċiżjoni dwar jekk Donald Tusk hux se jkollu l-mandat imġedded għal tliet snin oħra, bħala President tal-Kunsill Ewropew.

Aqra aktar

Jintlaħaq qbil meqjus diffiċli

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ippresedut mill-Presidenza Maltija laħaq ftehim li jirrevedi, għall-ewwel darba, il-qafas finanzjarju ġenerali għan-nefqa tal-Unjoni għat-terminu bejn l-2014 u l-2020. Riveżjoni li għandha l-għan li l-baġit Ewropew ikun iktar effettiv meta jirrispondi għall-isfidi preżenti tal-Unjoni filwaqt li jkun flessibli biżżejjed għall-isfidi li jistgħu jinqalgħu.

PRESIDENZA MALTIJA – FTEHIM ĠDID DWAR IT-TERRORIŻMU

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li bħalissa fi tmum tagħha hemm pajjiżna qed tkompli twassal għal aktar riżultati, dan hekk kif il-Ministri Ewropej qablu fuq numru ta’ miżuri ġodda li se jkunu qed jassistu lill-istati membri f’każijiet ta’ terroriżmu.

Aqra aktar

Send this to a friend