Presidenza – Page 3 – One News

Notifiki

Il-karozzi tal-Presidenza Maltija f’irkant b’risq il-MCCFF

Fi tmiem tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Muscat Motors, li huma l-aġenti uffiċjali tal-BMW f’Malta, ħa jkunu qed jirkantaw it-tmenin karozza li qed jintużaw fil-Presidenza u jagħtu l-profitt kollu b’risq l-MCCFF. Dawn il-karozzi jikkonsistu f’40 karozza tat-tip “5 series” u 40 karozza tat-tip “4 series.” Dan ħabbru s-Sur Hugh Mercieca waqt it-tnedija ta’ din l-inizjattiva fil-Palazz Verdala.

Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg, li min-naħa tiegħu rringrazzja lil Muscat Motors kemm tal-kollaborazzjoni tagħhom tul il-Presidenza, u talli qed jagħmlu dan il-ġest. Aqra aktar

Il-Presidenza Maltija bi rwol kruċjali biex jibdew in-negozjati fuq l-Ekonomija Ċirkulari

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta mandat biex jibdew in-negozjati dwar l-Ekonomija Ċirkulari (Circular Economy) mal-Parlament Ewropew. Ħabbar dan il-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella waqt il-konferenza ‘From Waste to Value’ organizzata mill-MEP Miriam Dalli, li kienet titratta t-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ċirkulari.

Il-Kummissarju Ewropew Malti sostna li l-Presidenza Maltija kellha rwol kruċjali biex iġġib l-appoġġ meħtieġ u jibdew id-diskussjonijiet bl-għan li l-Ewropa taddotta l-ekonomija ċirkolari.

Aqra aktar

“Is-sigurtà kienet u għadha qed tingħata prijorità mill-Presidenza Maltija”

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, laqa’ lill-Kummissarju Ewropew għall-Unjoni tas-Sigurtà, Julian King, għal taħditiet dwar kwistjonijiet attwali b’rabta mas-sigurtà tal-Ewropa u dwar oqsma ġodda li jistgħu jiġu esplorati biex fihom issir ħidma li tkun tirrifletti n-natura li dejjem qed tevolvi tat-theddidiet għas-sigurtà.

Aqra aktar

Presidenza: qbil importanti dwar ikel u ilma

Intlaħaq qbil proviżorju bejn il-Presidenza Maltija u l-Parlament Ewropew dwar l-ikel u l-ilma.

Il-qbil huwa dwar ir-rwol tal-Unjoni Ewropea fi ftehim biex ikunu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għal provvista tal-ilma sostenibbli u l-immaniġjar tal-ikel fil-Mediterran.

Il-parteċipazzjoni Ewropea se tinkludi kontribut ta’ €220 miljun mill-programm Horizon 2020.

Aqra aktar

Pajjiżna jservi ta’ eżempju fil-qasam soċjali

Fi tmiem jumejn ta’ diskussjonijiet bejn il-Ministri tax-Xogħol u t’ Affarijiet Soċjali Ewropej taħt il-patronċinju tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kienu diskussi mezzi varji kif l-Istati Ewropej jistgħu jagħmlu d-dinja tax-xogħol iktar attraenti għal min jagħżel li jibqa’ qiegħed.

Aqra aktar

Il-kelma t-tajba f’baħar imqalleb

Id-dinja għaddejja minn mumenti diffiċli u d-diplomazija, jew il-kelma t-tajba, huma importanti iktar minn qatt qabel. Jiem wara attakk terroristiku ieħor, f’mument fejn qed tiżdied it-tensjoni mat-Turkija u filwaqt li Malta għandha t-tmun tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea tkellimna mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella.

Għaddiet kważi nofs il-Presidenza ta’ Malta fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. X’inhi l-analiżi tiegħek sa issa u fejn qed tara l-Malta tispikka?

Bħalma jiġri f’kull ħaġa oħra li tkun ilek tistenna, meta jasal il-waqt, dak l-avveniment tant mistenni qisu jtir u jidher għaddej malajr. Hekk ġara b’din il-Presidenza. Aktar minn sentejn ta’ preparamenti, u f’kemm ili ngħidlek, wasal l-ewwel ta’ Jannar, u kwazi għaddew tliet xhur diġà mis-sitt xhur li rridu nagħmlu fil-Presidenza.

Aqra aktar

X’jiġri jekk tuża l-media soċjali, jew xi app, u ssib intopp?

X’jiġri jekk tagħmel użu minn media soċjali jew tuża mobile app u tiltaqa’ ma’ intoppi? Lil min u kif se tfittxu?

Illum fi Brussell, Ministri Ewropej għall-Ġustizzja ddiskutew proposta għal servizz ta’ kontenut diġitali. Il-Presidenza Maltija rnexxiela tikseb progress sostanzjali mill-bidu ta’ din is-sena s’issa.

Kif spjega l-Ministru Owen Bonnici, qed isir avvanz fit-tip ta’ rimedju li jiġi offrut lill-konsumatur, f’każ fejn ikun hemm diżgwid ma’ min joffri s-servizz.

Aqra aktar

FILMAT: Ħidma tal-Pulizija li ma tidhirx

Tul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li pajjiżna bħalissa għandu t-tmum tagħha, il-ħidma tal-Pulizija Maltija tkompli bl-għan li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sigurtà.

F’dan il-filmat is-Surġent Christoper Formosa jispjega li l-maġġoranza tal-ħidma tal-Pulizija ssir minn wara l-kwinti, b’impenn u dedikazzjoni.

Aqra aktar

Pajjiżna katalista għall-kura tal-mard rari

Fl-aħħar tlett ijiem pajjiżna mexxa l-ewwel laqgħa bl-istakeholders Ewropej kollha li jaħdmu fil-qasam tal-mard rari, mhux biss dawk politiċi min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea jew Ministri u Deputati tal-Parlamenti tal-Istati Membri iżda wkoll esperti minn Universitajiet u laboratorji ta’ riċerka madwar l-Ewropa.

Aqra aktar

Send this to a friend