Presidenza – Page 2 – One News

Żewġ suċċessi kbar oħra miksuba taħt il-Presidenza Maltija

Il-Presidenza Maltija rċeviet ħafna kummenti pożittivi dan għaliex kienet Presidenza effettiva li fl-aħħar sigħat tagħha wkoll għadha qed tikseb iktar suċċess.

Dan hekk kif tard l-Erbgħa filgħaxija ntlaħaq ftehim preliminari fuq il-produzzjoni organika fl-Unjoni Ewropea.

Permezz ta’ dan il-ftehim se jiddaħħlu regoli iktar moderni u uniformi fl-Unjoni Ewropea, bil-għan li jkun mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli tal-produzzjoni organika u kompetizzjoni ġusta għall-bdiewa u l-operaturi.

Aqra aktar

Jingħalaq il-kapitlu Ġudizzjarju tal-Presidenza

Il-qasam tal-E-evidence, jiġifieri provi ta’ atti kriminali li jistgħu jinġabru minn mezzi elettroniċi għandhom ikunu prijorità fost l-Istati Membri Ewropej fil-qasam tal-ġustizzja.
Kliem il-Ministru Owen Bonniċi waqt li għeluq tat-48 konferenza tan-Network Ewropew għall-Ġustizzja, li kien propju l-aħħar impenn ta’ dan il-qasam taħt il-kappa tal-Presidenza Maltija.

Hawnhekk il-qasam tal-E-evidence kien diskuss sabiex ikun hem iktar koperazzjoni bejn Stati Membri dwar id-dispożizzjoni ta’ informazzjoni delikata dwar atti kriminali fi ħdan l-Ewropa.
Aqra aktar

The Tenors f’Malta għall-kunċert tal-Presidenza

Il-grupp Kanadiż ta’ fama mondjali ‘The Tenors’ se jkun fost dawk li se jipparteċipaw fil-kunċert tal-għeluq tal-Presidenza Maltija tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Smart City , nhar il-Ġimgħa.

Wieħed mit-tenuri ta’ dan il-grupp huwa l-malti-kanadiż Victor Micallef. Micallef flimkien mal-grupp kellu diversi esperjenzi fejn kanta ma’ Celine Dion u kantaw lill-Papa Franġisku u lir-Reġina Eliżabetta.

Aqra aktar

Il-PM fi Brussell għat-tieni sessjoni tal-Kunsill Ewropew

Dalgħodu qed issir l-aħħar sessjoni tal-Kunsill Ewropew taħt il-presidenza maltija tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea, fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jiltaqa’ mas-27 Mexxej Ewropej, biex jiddiskutu affarijiet li kienu ta’ importanza tul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Lejn suq tax-xogħol aktar ġust u inklussiv

F’pajjiżna llum qed tittella’ l-Laqgħa Annwali tal-Presidenti u Segretarji Ġenerali tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali. Dan qed isir qabel mal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE tasal fi tmiemha.

Is-suġġett magħżul għal din is-sena huwa suġġett ta’ sfida biex ikun diskuss. Dan huwa “Towards a fair and inclusive labour market in the context of intra-eu mobility”.

Aqra aktar

“Il-Presidenza serviet bħala opportunità biex nibnu abbiltajiet li bħala pajjiż ma kellniex”

“Ninsabu tnax-il jum qabel il-Presidenza u għalekk irridu nagħmlu xi konklużjonijiet. Din il-Presidenza serviet bħala opportunità għall-pajjiż biex nibnu l-abbiltajiet li bħala pajjiż ma kellniex.” Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Spjega kif għandna nies li bnew relazzjoni professjonali ma’ nies oħra u ma jkunx denju li jintilef dak kollu li diġà nbena. Muscat qal li din hi sfida għaż-żmien li ġej u li jemmen li bħala korpi kostitwiti u bħala Gvern, dak li nkiseb se jkomplu jibnu fuqu.

Il-Prim Ministru tkellem dwar l-irwol il-ġdid tal-MEUSAC fejn il-fatt li issa din hi aġenzija, ma jfissirx li kollox hu solvut iżda kollox se jkun qedj iġi indirizzat fuq bażi kollettiv. Sostna li l-fatt li l-Ministeru għal-UE għandu f’idu d-djalogu soċjali ukoll u għalekk se jkollna okkażjoni tajba għal sinerġiji.

Aqra aktar

MIL-LUM daqshekk se tħallas tariffi tar-roaming

‘Goodbye Roaming Fees’

Dan hu l-messaġġ li ddendel mal-Berlaymont, il-bini tal-Kummissjoni Ewropea, fid-dawl li l-jum tal-15 ta’ Ġunju jfisser id-daqqa tal-mewt għat-tariffi tar-roaming biex issa meta wieħed isiefer ikun qed iħallas l-istess tariffi li jħallas f’pajjiżu.

F’dan il-jum storiku għas-suq wieħed Ewropew ħarġu dikjarazzjoni konġunta l-Presidenti tal-istituzzjonijiet Ewropej.

Dawn huma l-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat f’isem il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker.

Aqra aktar