Presidenza – Page 19 – One News

Notifiki

Il-mexxejja Ewropej jiltaqgħu Malta fil-bidu tas-sena d-dieħla

Malta se tkun qed torganizza summit informali tal-mexxejja tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tas-sena d-dieħla.

Dan fil-bidu tal-Presidenza ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u l-organizazzjoni tas-summit f’Malta, kkonfermah il-Prim Ministru wara l-laqgħa mal-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Donald Tusk.
Aqra aktar

Żjara statali Svizzera f’Malta

Il-President Svizzeru Schneider-Ammann ser ikun qed iżur pajjiżna fil-jiem li ġejjin. Il-President Svizzeru matul id-9 u l-10 ta’ Settembru ser ikun qed jkollu diskussjonijiet bilaterali dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija għall-Kunsill Ewropew.

Aqra aktar

Malta se jerġa’ jkollha l-Presidenza f’idejha fl-2030

Malta se jerġa’ jkollha Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2030. F’dik is-sena, il-Presidenza se tkun maqsuma bejn l-Islovakkja, li se jkollhom il-Presidenza bejn Jannar u Ġunju, u Malta, li se jkollha l-Presidenza bejn Lulju u Diċembru.

Il-Kunsill Ewropew illum irreveda l-ordni ta’ kif se tkun il-Presidenza sal-2030. Is-sena d-dieħla Malta se jkollha l-Presidenza sa’ Ġunju, biex imbagħad inħallu f’idejn l-Estonja sa’ Diċembru. Din hija l-ordni ta’ kif se tkun il-Presidenza.

Aqra aktar

Joseph Muscat jiltaqa’ ma’ Johannes Hahn

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu laqa’ lill-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Politika tal-Viċinat u għal Negozjati dwar it-Tkabbir tal-Unjoni Ewropea, Johannes Hahn, għall-ewwel minn sensiela ta’ żjarat f’pajjiżna.

Fimkien mad-Deputat Prim Ministru Louis Grech, il-Ministru George Vella u r-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea Marlene Bonnici, Hahn iddiskuta temi relatati mal-presidenza Maltija.

Aktar kmieni Hahn ltaqa’ mal-Ministru Vella u llejla se jipparteċipa fi djalogu fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, bit-tema ‘L-isfidi li niffaċjaw fin-nofsinhar tal-Ewropa.’

Aqra aktar

X’se jiġri mill-Presidenza?

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ iddedika seduta Parlamentari biex jiddiskuti x-xenarju ġdid wara r-riżultat tar-referendum li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropa.  Wara stqarrija li għamel dwar l-aħħar laqgħat fi Brussell, wieġeb għadd ta’ mistoqsijiet.

Tkellem fost oħrajn dwar x’se jiġri mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, issa li l-poplu Ingliż għażel li joħroġ mill-Unjoni.  Qal li jemmen li l-Estonja għandha tibda l-Presidenza qabel, u sostna li jkun ta’ piż fuq pajjiżna jekk il-presidenza titwal b’ sena sħiħa. Qal li l-indikazzjonijiet huma li l-Estonia se taċċetta li testendi l-presidenza, iżda jekk ma jintlaħaqx qbil, Malta lesta tikkonsidra kompromess, bħal li tieħu f’idejha l-presidenza għal tliet xhur oħra.

Aqra aktar

“Ebda theddida magħrufa għal Malta” – Joseph Muscat

Mexxejja Ewropej qed jiltaqgħu llum f’dak li huwa meqjus summit ta’ kriżi fi Brussell, din id-darba mingħajr il-preżenza ta’ David Cameron.

F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Minsitru Joseph Muscat kien mistoqsi dwar is-sigurtà u l-fatt li Malta se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew is-sena d-dieħla. Stqarr li filwaqt li ħadd m’hu eżentat mill-periklu, l-informazzjoni li qed tasal min-naħa tas-servizzi sigrieti Maltin ma tindika ebda attivtà li tista’ tkun ta’ periklu għal Malta.

Aqra aktar

“Malta bl-ikbar sfida diplomatika fl-aħħar 12-il sena”

Il-Presidenza Maltija se tkun l-ikbar sfida diplomatika li pajjiżna se jkun qed jaffaċja, minn meta ssieħeb fl-Unjoni Ewropea, sfida li Malta se tkun qed tidħol għaliha b’mod preparat. Stqarr dan is-Segretarju Parlamentari Ian Borg waqt li kin qed jindirizza briefing għall-ambaxxaturi bilaterali tal-membri stati għal pajjiżna. Aqra aktar

Il-prioritajiet ta’ Malta fil-Presidenza

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech elenka l-prioritajiet ta’ Malta waqt il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew. Pajjiżna, flimkien mal-Olanda u l-Islovakkja, se jkun qed jikkontribwixxi lejn it-tfassil ta’ Ewropa aħjar.
Fadal biss sitt xhur. Fost l-iktar punti saljenti hemm is-sostenibilità tal-Unjoni Ewropea, anke fid-dawl li r-Renju Unit il-ġimgħa d-dieħla jiddeċiedi jibqax fl-Unjoni Ewropea jew le.

Aqra aktar

Ir-Renju Unit jiddomina l-laqgħa tat-Trio

Fi Bratislava, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħa sehem f’laqgħa informali tat-Trio li, apparti li pajjiżna se jmexxi l-Presidenza f’Jannar li ġej, tinkludi lill-Olanda li qiegħda fit-tmexxija bħalissa u l-Islovakkja li se tibda tmexxi f’Lulju li ġej.Aqra aktar

Send this to a friend