Presidenza – Page 11 – One News

Notifiki

Il-Kunsill tal-Belt jilmenta dwar l-arranġamenti tal-Presidenza

Ir-residenti tal-Belt Valletta qed jilmentaw dwar l-arranġamenti tal-parkeġġ fil-Belt Valletta b’rabta mal-avvenimenti tal-Presidenza. Fi stqarrija, l-Kunsill tal-Belt ilmenta dwar l-aċċess limitat għar-residenti minkejja l-laqgħat li saru mal-persuni nkarigati mill-loġistika tal-Presidenza. Il-Kunsill stqarr li l-Presidenza qed taffettwa ħażin lir-residenti hekk kif mhux jitħallew jipparkjaw fejn ir-residenzi tagħhom.

Aqra aktar

Sejħa għal ideat innovattivi li jindirizzaw sfida globali

B’rabta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea pajjiżna qed ifittex intraprendituri li għandhom ideat innovattivi li joffru soluzzjoni għal sfida globali. Din l-idea kienet nibtet fil-Presidenza Ollandiża, li ġabet flimkien, fuq pjattaforma Ewropea, entitajiet u intraprendituri differenti.

Aqra aktar

Malta bil-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fi żmien kruċjali

Waqt li kien qed jindirizza lil membri tal-Korp Diplomatiku, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona saħaq li Malta qegħdha fit-tmun tal-Presidenza Ewropea fi żmien kruċjali meta bħalissa għaddejja l-kwistjoni tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewrpoea kif ukoll mewġa ta’ elezzjonijiet madwar l-Ewropa li se jkunu determinati biex wieħed jara r-riħ fejn ikun qed jonfoħ.

Aqra aktar

Ewropa pożittiva għall-Presidenza Ewropea ta’ Malta għas-sitt xhur li ġejjin

Ir-reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat fi Strasborgu kienet reazzjoni ta’ pożittività li din il-Presidenza Maltija se tkun qed tagħmel id-differenza għall-Unjoni Ewropea li bħalissa għaddejjha minn żmien diffiċli.

Dan qalu l-Partit Laburista, li nnota kif il-Presidenti kollha tal-Gruppi Politiċi fil-Parlament Ewropew faħru l-preparazzjoni li għamlet Malta u l-prijoritajiet li poġġiet quddiemha li twettaq tul il-Presidenza fosthom aktar impenn favur il-kwistjoni tal-Immigrazzjoni u l-ħtieġa ta’ Ewropa aktar soċjali.

Il-Partit żied jgħid “in-negattività ta’ individwi mhux se xxekkel milli Malta tkun verament qed iservi ta’ pont fl-Unjoni Ewropea minkejja ċ-ċokon ġeografiku tagħha u dan kif qed isostnu Mexxejja Ewropej li kollha huma ottimisti”.

 

Casa: l-ewwel vuċi kontra Malta

David Casa għażel li jkun l-ewwel vuċi kontra Malta, u kien hu bl-ewwel diskors negattiv fil-plenarja fi Strasburgu fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu kemm spjega l-prijoritatjiet tal-Presidenza.

Kienu kollha kummenti pożittivi dawk li għamlu l-Presidenti tal-gruppi politiċi u kien biss David Casa, l-MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista li tkellem kontra Malta u li ma għamel l-ebda referenza għall-prijoritajiet Maltin tal-Presidenza.

Aqra aktar

“Il-mument li Malta ħadet il-Presidenza huwa mument sabiħ ħafna” Jean Claude Juncker

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claud Juncker kellu kliem ta’ tifħir għall-pajjiżna fis-seduta plenarja fi Strasburgu wara l-indirizz li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament Ewropew.
“Il-jum li Malta ħadet il-Presidenza huwa jum sabiħ ħafna, kuntent ħafna bil-preżenza ta’ Malta.” Huwa tkellem favur il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-2017 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u b’referenza għall-immigrazzjoni qabel li ebda stat ma jista’ jħabbat ma’ din il-problema waħdu. Huwa qal li jafda bi sħiħ f’Malta li se tkun qed tagħmel dak kollhu possibbli biex naraw żvillupp f’din il-problema.

Il-Prim Ministru l-ewwel wieħed li jiltaqa’ mal-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew

Il-Prim Ministru Malti huwa l-ewwel kap ta stat li ltaqa‘ ma Antonio Tajani, li wara ħames votazzjonijiet sigrieti fil-parlament, ġie elett bħala l-President tal-Parlament Ewropew

Il-Prim Ministru mistenni jkollu diskussjoni mal-President Tajani ftit qabel ma jippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija lill-Membri tal-Parlament Ewropew fis-seduta plenarja ġewwa Strasburgu. 
Aqra aktar

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jasal fil-Parlament Ewropew

Ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru Joseph Muscat wasal fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu fejn se jkun qed jispjega l-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. One se jkun qed ixandar programm speċjali, li se tkunu tistgħu issegwu hawn ukoll.

Il-Prim Ministru ltaqa’ ukoll mal-President il-gdid tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani.

Aqra aktar

Send this to a friend