Presidenza – Page 10 – One News

Notifiki

Iktar Ministri bi preżentazzjoni fi Brussell

Illum il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel ġurnata jħuf fil-kurituri tal-Parlament Ewropew. L-għan ta’ dawn il-laqgħat kien li filwaqt li iktar Ministri Maltin kienu għaddejin bil-preżentazzjoni tal-prijoritajiet hu jipprova jsib minn jipprova jfixkel is-smigħ u jekk jista’ jkun jistaqsi dwar il-Panama minflok is-suġġett. Iżda ma rnexxilux jagħmel dan.

Tant li fi smigħ wara ieħor, fosthom dak fejn deher il-Ministru Konrad Mizzi, kienu biss id-deputati tal-Partit Nazzjonalista li tkellmu dwar il-Panama.

Diżappunt għal Busuttil, li allura kellu jsegwi ministru wara ieħor jitkellmu fuq il-prijoritajiet ta’ malta. Prijoritajiet li ntlaqghu tajjeb.

Aqra aktar

Ministri Ewropej ottimisti bil-prijoritajiet Maltin

Diversi Ministri Ewropej li t-Tlieta filgħodu kienu f’Malta għal-laqgħa informali tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali kellhom diskors komuni dwar il-prijoritajiet li qed timbotta Malta f’dawn is-sitt xhur ta’ Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Għalihom dawn huma prijoritajiet li jħossuhom tgħhom u li huma determinati li jaħdmu fuqhom għaż-żmien li ġej.

Aqra aktar

L-arranġamenti tal-parkeġġ fil-Belt Valletta diskussi fil-Parlament

L-effetti negattivi fuq ir-residenti tal-Belt Valletta b’rabta mal-parkeġġ u l-miżuri tas-sigurtá li jridu jittieħdu tul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ġew diskussi fis-seduta plenarja tal-illejla.

B’risposta għall-mistoqsija parlamentari, l-Ministru għall-Intern Carmelo Abela stqarr li mix-xahar id-dieħel is-sitwazzjoni se titjieb. Il-whip tal-Oppożizzjoni, David Agius, staqsa jekk jistgħux jittieħdu xi miżuri biex din il-problema tiġi ndirizzata.

Aqra aktar

Il-prijoritajiet dwar l-ambjent preżentati quddiem l-ENVI

Fi Brussell, ġewwa l-Parlament Ewropew quddiem il-Membri tal-Kumitat responsabbli mill-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI) il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima José Herrera preżenta l-prijoritajiet tal-Kunsill tal-Ambjent li ser ikun qed jippresjedi għas-sitt xhur li ġejjin.

Aqra aktar

Preżentati l-prijoritajiet Maltin fil-qasam tal-kultura u l-edukazzjoni fi Brussell

F’Sessjoni mal-Kumitat għall- Kultura u l-Edukazzjoni, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonniċi ppreżentaw il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija fis-setturi tal-kultura u l-edukazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew.

F’din is-Sessjoni quddiem il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Ministri Maltin irrispondew għal diversi domandi ta’ Membri Parlamentari Ewropej dwar kwistjonijiet marbuta mal-ħidma tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal- kultura u l-edukazzjoni.

Aqra aktar

Ottimiżmu wara l-laqgħa informali

F’konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Prim Ministru Louis Grech qal li l-laqgħa informali tat direzzjoni ċara ta’ x’se jiġi diskuss fil-Malta summit li se jsir il-ġimgħa d-dieħla f’pajjiżna. Grech innota li matul il-laqgħa saret kontribuzzjoni minn kull membru stat.

Aqra aktar

Send this to a friend