Ewropa pożittiva għall-Presidenza Ewropea ta’ Malta għas-sitt xhur li ġejjin

Ir-reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat fi Strasborgu kienet reazzjoni ta’ pożittività li din il-Presidenza Maltija se tkun qed tagħmel id-differenza għall-Unjoni Ewropea li bħalissa għaddejjha minn żmien diffiċli.

Dan qalu l-Partit Laburista, li nnota kif il-Presidenti kollha tal-Gruppi Politiċi fil-Parlament Ewropew faħru l-preparazzjoni li għamlet Malta u l-prijoritajiet li poġġiet quddiemha li twettaq tul il-Presidenza fosthom aktar impenn favur il-kwistjoni tal-Immigrazzjoni u l-ħtieġa ta’ Ewropa aktar soċjali.

Il-Partit żied jgħid “in-negattività ta’ individwi mhux se xxekkel milli Malta tkun verament qed iservi ta’ pont fl-Unjoni Ewropea minkejja ċ-ċokon ġeografiku tagħha u dan kif qed isostnu Mexxejja Ewropej li kollha huma ottimisti”.

 

Casa: l-ewwel vuċi kontra Malta

David Casa għażel li jkun l-ewwel vuċi kontra Malta, u kien hu bl-ewwel diskors negattiv fil-plenarja fi Strasburgu fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu kemm spjega l-prijoritatjiet tal-Presidenza.

Kienu kollha kummenti pożittivi dawk li għamlu l-Presidenti tal-gruppi politiċi u kien biss David Casa, l-MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista li tkellem kontra Malta u li ma għamel l-ebda referenza għall-prijoritajiet Maltin tal-Presidenza.

Aqra aktar

“Il-mument li Malta ħadet il-Presidenza huwa mument sabiħ ħafna” Jean Claude Juncker

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claud Juncker kellu kliem ta’ tifħir għall-pajjiżna fis-seduta plenarja fi Strasburgu wara l-indirizz li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament Ewropew.
“Il-jum li Malta ħadet il-Presidenza huwa jum sabiħ ħafna, kuntent ħafna bil-preżenza ta’ Malta.” Huwa tkellem favur il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-2017 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u b’referenza għall-immigrazzjoni qabel li ebda stat ma jista’ jħabbat ma’ din il-problema waħdu. Huwa qal li jafda bi sħiħ f’Malta li se tkun qed tagħmel dak kollhu possibbli biex naraw żvillupp f’din il-problema.

Il-Prim Ministru l-ewwel wieħed li jiltaqa’ mal-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew

Il-Prim Ministru Malti huwa l-ewwel kap ta stat li ltaqa‘ ma Antonio Tajani, li wara ħames votazzjonijiet sigrieti fil-parlament, ġie elett bħala l-President tal-Parlament Ewropew

Il-Prim Ministru mistenni jkollu diskussjoni mal-President Tajani ftit qabel ma jippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija lill-Membri tal-Parlament Ewropew fis-seduta plenarja ġewwa Strasburgu. 
Aqra aktar

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jasal fil-Parlament Ewropew

Ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru Joseph Muscat wasal fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu fejn se jkun qed jispjega l-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. One se jkun qed ixandar programm speċjali, li se tkunu tistgħu issegwu hawn ukoll.

Il-Prim Ministru ltaqa’ ukoll mal-President il-gdid tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani.

Aqra aktar

“Dan huwa żmien ta’ sfidi li fih rridu nsaħħu l-valuri Ewropej u d-drittijiet fundamentali tagħna”

It-talent Malti brilla f’serata fiċ-ċentru tal-Arti Bozar fi Brussell li mmarkat il-bidu tal-Presidenza Matija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

F’din l-okkażjoni, l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tenniet li dan huwa żmien ta’ sfidi  li fih irridu nsaħħu l-valuri Ewropej u d-drittijiet fundamentali tagħna, biex nissalvagwardjaw il-valuri li ngħożżu: ir-rispett, is-solidarjetà u d-dinjità.

Aqra aktar

Il-Prim Minsitru f’laqgħa ma’ Donald Tusk fi Brussell

Il-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat illum iltaqa’ mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. Din il-laqgħa qed issir jum qabel ma’ l-Prim Ministru, Joseph Muscat jippreżenta s-sitt prijoritajiet fil-Parlament Ewropew waqt sessjoni plenarja.

Pajjiżna, flimkien mal-Olanda u l-Islovakkja, se jkun qed jikkontribwixxi lejn it-tfassil ta’ Ewropa aħjar. Il-prioritajiet huma dawk li l-aktar jolqtu lin-nies, u fost is-suġġetti li se jiġu trattati hemm is-sigurtà, il-migrazzjoni, is-settur marittimu, il-Mediterran, il-kunċett ta’ suq uniku,  is-suq diġitali, l-għaqda fejn tidħol l-enerġija, it-tibdil fil-klima, is-servizzi finanzjarji u l-għaqda bankarja.

Tul il-laqgħat kollha li sar s’issa. ħareġ ċar li f’dan iż-żmien tant delikat għall-Ewropa, l-Unjoni teħtieġ tikkonċerna fuq kwistjonijiet fundamentali filwaqt li tkun flessibbli u tara l-ħtiġijiet ta’ kull stat membru.

Aqra aktar

Sidien ta’ ristoranti f’Għawdex se jmorru tajjeb bil-Presidenza

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 tfisser li ħafna persuni se jżuru pajjiżna. Naturlament, dawn iridu jieklu.

Għadha kemm tnediet espressjoni ta’ interess għall-proviżjoni ta’ servizzi ta’ ristoranti f’Għawdex, għaliex għadd ta’ delegati ser ikunu qed jattendu laqgħat hemm waqt il-Presidenza Maltija fix-xhur li ġejjin.

Din l-Espressjoni ta’ Interess tista’ tinkiseb permezz ta’ ittra elettronika lill-Maniġer tal-Operat, Lucia Gauci, fuq [email protected]Aqra aktar