President | One News - Part 5

Notifiki

Jingħaqdu flimkien għal għan nobbli

Ħames eks-Presidenti Amerikani attendew kunċert għal għan nobbli flimkien biex jinġabru flus għall-vittmi tal-uragani li ħakmu lill-Istati Uniti din is-sena.

Barack Obama, George W Bush, Bill Clinton, George HW Bush u Jimmy Carter marru f’Texas biex ikomplu jwasslu l-messaġġ t’appell għall-għajnuna lill-vittmi.

It-tliet Demokratiċi u ż-żewġ Repubblikani ngħaqdu flimkien biex jgħinu speċjalment lil dawk affetwati mid-diżastri li ħallew l-uragani Harvey, Irma u Maria.

Mill-kunċert inġabru 31 miljun dollaru Amerikan.

Il-President Mattarella jasal Malta

Il-President Taljan Segio Mattarella, wasal Malta dalgħodu għall-żjara statali ta’ jumejn. Huwa ntlaqa’ fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela.

Mal-wasla tiegħu huwa ngħata merħba fi Pjazza San Ġorġ. Huwa jinsab għaddej f’taħdidiet uffiċjali mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fejn fi tmiemhom se jkunu qed jindirizzaw il-ġurnalisti.Aqra aktar

Titnieda l-inizjattiva “Adopt a Family”

Fil-Palazz ta’ Sant’Anton, it-trustee minn The President’s Trust il-Professur Peter Mayo u ċ-Chairman ta’ Ozo Group Mario Muscat, fil-preżenza tal-President ta’ Malta, iffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni biex titwaqqaf għall-ewwel darba l-inizjattiva ‘Adopt a Family’.

Permezz ta’ din l-inizjattiva nazzjonali, individwi/kumpaniji huma mistiedna jagħmlu donazzjonijiet lil The President’s Trust – liema donazzjonijiet ikunu jistgħu jintużaw għall-benefiċċju tal-familji l-aktar fil-bżonn, partikularment għall-iżvilupp edukattiv tagħhom.
Aqra aktar

Programm ta’ Gvern għal poplu magħqud

Il-messaġġ ewlieni fil-programm tal-gvern kif moqri mill-President tar-Repubblika fil-ftuħ tat-tlettax il-Parlament kien li dak tagħna hu pajjiż li jrid jaħdem għall-għaqda.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet “pajjiżna jista’ jimxi verament ’il quddiem, bħala poplu wieħed, bl-għaqda u fl-għaqda.”

Dan il-messaġġ il-gvern ħadu billi anke d-diskors li qrat il-President kien nieqes mill-kontroversja politika u saħansitra kien diskuss magħha. Il-messaġġ tal-gvern f’dan id-diskors kien ċar. Hemm bżonn li l-pajjiż ikun magħqud biex jimxi iktar ‘il quddiem.

Aqra aktar

Il-President b’rikonoxximent għad-donaturi tad-demm

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ppressediet ċerimonja li matulha ngħataw rikonoxximenti lid-donaturi tad-demm bħala radd ta’ ħajr għall-ġest nobbli.

Il-President Coleiro Preca qalet li d-donaturi tad-demm huma eroj fis-soċjeta’ tagħna. Dan għaliex “bil-ġest tagħhom, li ħafna drabi jagħmluh fis-silenzju, huma jkunu qed isalvaw il-ħajja ta’ ħafna minn ħutna Maltin u Għawdxin.” Huwa stmat li kull darba li persuna tagħti d-demm, din tkun qed issalva l-ħajja ta’ tliet persuni.

Aqra aktar

Il-President ta’ Malta b’appell fuq il-povertà

F’messaġġ li għaddiet il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca waqt l-assemblea Parlamentari bejn l-Afrika, l-Karribew, il-Paċifiku u l-Unjoni Ewropeja hija tkellmet dwar il-Poverta’ u appellat sabiex ningħaqdu flimkien bħala pajjiżi u kommunitajiet u niġġieldu dan il-pjaga f’kull soċjetà.

Aqra aktar

Il-partit ta’ Macron jirbaħ b’maġġoranza assoluta

Il-partit tal-President Franċiż Emmanuel Macron rebaħ maġġoranza assoluta fil-Parlament u dan ġimgħat biss wara li rebaħ l-elezzjoni presidenzjali.

Filfatt rebaħħ tlett mitt siġġu minn ħames mija sebgħa u sebgħin tal-Assemblea Nazzjonali. Dan anke jekk l-ammont ta’ persuni li ħarġu jivvutaw niżel minn dak tal-elfejn u tnax.

Aqra aktar

L-MUT bi President ġdid din il-ġimgħa

Nhar il-Ħamis tgħalaq l-votazzjoni għal President tal-Unjin tal-Għalliema l-MUT.

Elezzjoni li ilha miftuħa sa mit-tmienja ta’ Ġunju fejn l-membri, għalliema u LSAs, irċevew il-karta tal-vot permezz tal-posta u għandhom jibatuwa lura sa’ nhar it-Tlieta biex ikunu zguri li tasal sad-data tal-eghluq.

In-numru ta’ kandidati huwa tnejn madankollu t-tensjoni għal din l-elezzjoni kienet waħda kbira dan minhabba battibeki bejniethom dwar il-process.

Il-Kandidati Franklin Barbara u Marco Barbara jsostnu lill-prijorita’ ewlenija tagħhom jekk kemm il-darba jiġu eletti hija t-tisħiħ ta’ din l-unjin.

Aqra aktar

L-‘In Guardia’ fil-Palazz tal-President

Kważi kull nhar ta’ Ħadd 55 persuna jingħaqdu sabiex taħt il-kappa tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu jgħatu spettaklu lit-turisti u fl-istess ħin jippromwovu l-istorja rikka ta’ pajjiżna permezz tar-rikostruzzjoni storika ‘In Guardia’.

Aqra aktar

Send this to a friend