President | One News - Part 4

Notifiki

Vuċi għall-qraba ta’ persuni LGBTIQ

Jiem qabel ma pajjiżna jinxtegħel bil-kuluri tal-qawsalla għall-ġimgħa magħrufa bħala l-Pride Week, il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà nediet proġett bl-isem ta’ Rainbow Families Network.

Proġett li fiċ-ċentru tiegħu hemm il-qraba ta’ persuni LGBTIQ, li se jkunu qed jiltaqgħu fi spazju sikur fil-ġnien privat tal-Palazz ta’ San Anton.Aqra aktar

Imniedi l-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu 2018

L-edizzjoni 2018 tal-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu se ssir nhar l-4 ta’ Awissu li ġej fil-Palazz Verdala.

Dan huwa ballu tradizzjonali li jsir fl-ewwel sibt ta’ Awissu, u li l-flus li jinġabru minnu jmorru kollha għall-Malta Community Chest Fund.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca rringrazzjat lill-organizzaturi tal-impenn li dejjem juru għal dan il-ballu, li kull ma jmur jgħaqqad iktar persuni flimkien.

Il-Biljetti jistgħu jinxtraw mill-Palazz ta’ San Anton jew mill-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, kif ukoll mis-sit www.augustmoonball.com

 

Arrestat l-eks President ta’ Franza

Nicolas Sarkozy, eks president ta’ Franza jinsab arrestat minħabba l-finanzjament tal-kampanja tiegħu.

Skond il-gazzetta popolari Le Monde, ġie allegat li Sarkozy kellu fondi deħlin minn sors fil-Libja fil-kampanja elettorali tal-2007

Sarkozy kien president ta’ Franza bejn is-sena 2007 u l-2012.

Aktar dettalji ‘il quddiem.

Il-President b’reazzjoni iebsa

L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika ħareġ stqarrija iebsa jiċċara dikjarazzjonijiet li saru b’rabta mal-proċeduri legali li qed isiru dwar l-inċident li ġara waqt l-attività Paqpaqli għall-Istrina fl-4 ta’ Ottubru 2015.

L-Uffiċċju tal-President fakkar kif b’referenza għal dan il-każ, il-President irrinunzjat minn jeddha l-immunità kostituzzjonali tagħha u għażlet li tixhed quddiem il-Qorti biex tippreżenta l-fatti kif tafhom.Aqra aktar

Il-President ta’ Malta tiltaqa’ mad-delegazzjonijiet kummerċjali

Illum il-President ta’ Malta l-Eċċellenza tagħha Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet laqgħa mal-membri tad-delegazzjonijiet tal-kummerċ li se jkunu preżenti fil-laqgħat li ġejjin waqt viżti statali fil-Bulgarija u l-Kroazja. Il-President Coleiro Preca tkellmet dwar l-importanza li tmexxi dawn id-delegazzjonijiet fejn qalet li permezz taghhom, ir-relazzjonijiet diplomatiċi u politiċi li diġa’ huma eċċellenti isiru aktar tanġibbli ekonomikament.

Aqra aktar

Send this to a friend