President | One News

Notifiki

Malta se tospita l-Forum Dinji għall-Kultura tal-Paċi fl-2020

Is-sena d-dieħla Malta se tospita l-Forum Dinji għall-Kultura tal-Paċi.  Dan tħabbar mill-President George Vella meta l-Ħamis filgħodu kien qed jindirizza l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-Forum li saret f’The Hague, l-Olanda.

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni li qed torganizza din il-konferenza Abdulaziz Saud Albabtain aċċetta l-offerta ta’ Dr Vella biex is-sena d-dieħla l-Forum isir taħt il-patronċinju tal-President, bit-tema tal-Paċi u l-Wirt Kulturali tas-Sirja u l-Libja. Meta kien qed jiftaħ il-Forum, il-President Vella saħaq fuq il-ħtieġa tal-paċi fid-dinja bil-għan li jonqsu l-kunflitti u l-vjolenza fil-konfront ta’ individwi, gruppi u xi kultant pajjiżi sħaħ. Aqra aktar

“Kunu kburin b’Malta li se tirrappreżentaw”- il-President Vella

Fl-ewwel laqgħa annwali mal-ambaxxaturi Maltin, il-President ta’ Malta George Vella appella biex ilkoll ikunu kburin b’Malta li jirrappreżentaw. Huwa qal li dan għandu jsir billi lil Malta jiddefenduha bi professjonalità u lealtà, fuq kollox għall-valuri li pajjiżna jħaddan.

Fid-diskors tiegħu huwa saħaq fuq l-importanza li lkoll jaħdmu flimkien, mingħajr ma jħarsu lejn l-uċuħ. Huwa tkellem dwar sfidi internazzjonali li qed taffaċċja d-dinja fosthom is-sitwazzjoni fil-Libja. Stqarr li l-biża’ tiegħu hi li bħala riżultat, in-nuqqas ta’ azzjoni timaterjalizza f’kunflitt wara biebna.Aqra aktar

Il-President Coleiro Preca b’messaġġ ta’ apprezzament lill-poplu Malti u Għawdxi

Kien unur u privileġġ għalija li tul dawn il-ħames snin kelli l-opportunita li naqsam magħkom, bħala waħda minnkom, din l-esperjenza bħala l-President ta’ Malta. Kien b’dal-mod li l-President Marie Louise Coleiro Preca bdiet nota t’ apprezzament ftit tal-jiem qabel jintemm it-terminu tagħha.

Spjegat li dejjem ħadmet qatigħ biex taqdi d-dmirijiet kostituzzjonali tagħha, għax temmen li d-demokrazija hija l-aqwa għodda li bħalissa għandna sabiex tkun iċċelebrata d-dinjita umana u jkunu mħarsa d-drittijiet umani u l-paċi fis-soċjetà. Coleiro Preca qalet li tinsab grata lejn ir-rappreżentanti tal-poplu fil-Parlament, fejn għall-ewwel darba, in-nomina tal-President ta’ Malta kien hemm qbil unanimu dwarha.Aqra aktar

FILMAT: Imfakkar Jum il-Ħelsien

Illum pajjiżna qed ifakkar l-erbgħin anniversarju minn meta is-suldati Ingliżi ħallew artna biex Malta saret tal-Maltin. Kien il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, il-Perit Duminku Mintoff, li wassal għall-ftehim storiku biex Malta ma tibqax bażi militari Ingliża.

Il-maltemp ma kienx qata’ l-qlub tal-ġemgħa numeruża ta’ nies li kienet nġabret biex jaraw il-bandiera Ingliża titniżżel u flokha titla’ dik Maltija.Aqra aktar

Il-President Coleiro Preca se tmexxi delegazzjoni kummerċjali fit-Turkija

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca se tmexxi delegazzjoni kummerċjali ta’ madwar 50 kumpanija lejn it-Turkija.

F’laqgħa mad-delegazzjoni jumejn biss qabel it-tluq, Coleiro Preca sostniet li grazzi għall-Business Forum li se jittella’,  kumpaniji Maltin ser ikollhom pjattaforma unika sabiex jikkollaboraw ma’ kumpaniji barranin.

Lino Mintoff mill-Kamra tal-Kummerċ qal li l-kumpaniji li se jieħdu sehem ġejjin minn diversi setturi fosthom tal-kostruzzjoni, marittimu, turistiku u ambjentali. .

L-iżjara statali se ssir bejn l-Erbgħa u l-Ħamis li ġej.

 

Il-President tingħata dottorat tal-liġi honoris causa mill-Università ta’ Leicester

Nhar il-Ġimgħa, f’Leicester l-Ingilterra, il-President ta’ Mata Marie-Louise Coleiro Preca ngħatat dottorat tal-liġi honoris causa mill-Università ta’ Leicester.

Fl-okkażjoni tal-għoti ta’ dan l-unur, il-President kellha dedika speċjali lit-tfal kollha ta’ Malta u tar-Renju Unit. Hija qalet li dawn it-tfal mingħajr aċess għall-edukazzjoni qed jiġu mċaħħda minn dritt uman fundamentali, u anke minn dritt fundamentali li t-tfal għandhom u li jissemma fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-Ġnus Magħquda – liema konvenzjoni din is-sena tagħlaq 30 sena minn mindu ġiet iffirmata mill-parti l-kbira tal-pajjiżi tad-dinja.

Fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, il-President rringrazzjat lill-Università ta’ Leicester għal dan l-unur, u faħħret lill-istess istituzzjoni għas-sens ta’ inklużjoni li tħaddan u l-promozzjoni tal-valuri fosthom tad-dinjità umana. Il-President kienet akkumpanjata mill-Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit Joseph Cole.

Send this to a friend