President ta’ Malta – Page 4 – One News

Notifiki

“Inkomplu noħolqu sinerġiji biex inħeġġu l-għarfien tal-lingwa tagħna”

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet serata organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u l-għaqdiet tal-Malti, fil-Palazz ta’ Sant’Anton fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna.

F’diskors li għamlet, il-President Coleiro Preca, tkellmet fuq l-importanza li nkomplu noħolqu sinerġiji biex inħeġġu l-għarfien tal-lingwa tagħna, is-sabiħ tagħha, is-sens ta’ identità u profondità li tagħtina biex tassew turina aħna minn aħna.”

Il-President b’messaġġ soċjali u favur l-ugwaljanza… twissi dwar il-klima politika

F’Jum ir-Repubblika, lejlet li Malta tieħu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-President tar-Repubblika għamlet messaġġ soċjali u favur l-ugwaljanza fejn irriflettiet dwar temi li jħarsu l-Maltin għax fi kliemha l-ħajja mhix suċċessi biss.

“Jien konvinta li jekk irridu li r-Repubblika tagħna tkompli fit-triq tal-maturazzjoni, jekk irridu nkomplu noħolmu li pajjiżna għad isir mudell eżemplari ta’ demokrazija u ġustizzja soċjali,” qalet il-President li poġġiet numru ta’ għażliet.

Aqra aktar

Il-President tal-Parlament Ewropew jiltaqa’ mal-President ta’ Malta

  • Żewġ Presidenti f’laqgħa qabel Malta tieħu l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Bdiet iż-żjara tal-President tal-Parlament Ewropew Martin Shulz hawn Malta, bl-ewwel laqgħa diġa’ saret mal-President Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz tal-President, f’San Anton.

Schulz qal li huwa konvint li l-Presidenza Maltija se tkun suċċess u kellu kliem ta’ tifħir għall-Prim Ministru Joseph Muscat, fejn qal li jaf sewwa l-strutturi Ewropej u b’hekk qed jaħdem b’koperazzjoni mal-Unjoni Ewropea.

Mal-President Marie Louise Coleiro Preca tkellem dwar l-immigrazzjoni u kif fis-sitt xhur tal-Presidenza, Malta tista’ tkompli tindirizza din l-isfida u saħansittra tkompli taħdem biex tinstab soluzzjoni.

Aqra aktar

Pjazza San Ġorġ tinħonoq nies – kollox b’risq il-Malta Community Chest Fund

Mijiet ta’ eluf ta’ persuni waslu l-Belt Valletta fejn qed jiċċelebraw flimkien tmiem mixja twila li għamlu minn diversi bliet u rħula Maltin. Fi Pjazza San Ġorġ kbar, żgħar u nies minn kull sfera soċjali qed jipparetċipaw f’attività, bil-qofol jibqa l-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund.

Tista ssegwi live hawn.

Aqra aktar

Tappella għal tfittxija ‘google’ dwar Malta

Tistgħu tidħlu google u tfittxu dwar Malta.

L-appell tal-President tar-Repubblika lil tfal li għandhom dixxendenti tagħhom Maltin.

Fil-fatt meta ssoktat bi żjara tagħha fl-Awstralja l-President Marie Louise Coleiro Preca tkellmet dwar ir-rabta li trid tibqa’ tara ma’ pajjiżna.Aqra aktar

Send this to a friend