President ta’ Malta – Page 3 – One News

Notifiki

”Konvinta li tikkontribwixxu għall-ġustizzja u l-paċi” – il-President ta’ Malta

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fl-iskambju tal-awguri mal-Korp Konsolari Onorarju qalet li tinsab konvinta mix-xogħol tagħhom li jikkontribwixxi għall-ġustizzja u paċi.

Diskors li fih il-President aċċennat dwar kemm temmen li dan il-korp jaħdem bis-saħħa kollha tiegħu biex jiżgura t-tisħiħ u l-inklużjoni tal-komunitajiet barranin f’pajjiżna.

Dan kollu biex tkun assigurata aktar paċi pożittiva, fejn mhux biss ma jkunx hemm ġlied, imma ħidma flimkien; fejn kulħadd iħossu li jista’ jagħti kontribut fis-soċjetà.

 

Il-President tenniet l-importanza tal-ħidma tal-Korp Konsolari biex jiżgura ġustizzja u servizzi għal dawn il-persuni li jirrapreżentaw, u tkun assigurata d-dinjità ta’ kull individwu.

BIR-RITRATTI: Tingħata bidu il-Konferenza Bjennali Dinjija tal-IFCO

Il-President Marie Louise Coleiro tat bidu għall-Konferenza Bjennali Dinjija tal-IFCO li qed tiġi organizzata bi sħab bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Foster Care u l-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà.

It-tema tal-Konferenza hija ‘Setting sail from a safe port: giving our children confidence to move forward through permanent relationships’.

Il-President esprimiet it-tama tagħha li l-konferenza toħloq sens ta’ ħbiberija u impenn magħqud bejn il-parteċipanti sabiex jiġi żgurat l-benesseri tat-tfal u ż-żgħażagħ li huma fil-kura, u li tkun mħarsa d-dinjita’ sħiħa tagħhom.

 

Il-President ta’ Malta żżur il-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca, żaret il-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat mmexxija mill-komunità tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, wara t-traġedja li seħħet matul il-lejl. Il-President ġiet milqugħa mill-Gwardjan tal-Franġiskani, Father Martin Coleiro u mill-Provinċjal, Fr Richard Grech.

Il-President appellat lill-Maltin u Għawdxin biex f’mument bħal dan, jingħaqdu flimkien u jagħtu l-kontribut tagħhom kif jistgħu, anke permezz tal-kont bankarju li ġie maħluq apposta (BOV – 400 2086 8884), sabiex jiġi kkonservat dan il-wirt storiku tagħna.

Il-President Coleiro Preca, rringrazzjat lill-membri tal-komunità’ tar-Rabat li kienu preżenti fil-Knisja u rringrazzjat lill-entitajiet kummerċjali li qed jagħtu l-għajnuna tagħhom ukoll bħala eżerċizzju ta’ Corporate Social Responsibility.

Matul il-lejl li għadda ċeda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal tal-mejda tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ li tinsab fir-Rabat. B’xorti tajba l-inċident seħħ matul il-lejl u ħadd ma ndarab.

Fuq il-post jingħaqdu numru mdaqqas ta’ voluntiera li bdew ineħħu t-terrapien u t-tifrik. Ser jitpoġġa tapit u fuqu folji biex joħorġu l-materjal bil-krieret sabiex ma ssirx ħsara lill-irħam tat-twiebet ta’ mal-art.

Ritratti mibgħuta lil one.com.mt juru l-ħerba li ħalla dan l-inċident fil-Knisja b’mod partikolari fis-saqaf tal-knisja li hija fost l-eqdem fir-Rabat.

Għal iktar dettalji agħfsu hawn.

Mhux se jsir tibdil fl-iskeda tal-eżamijiet fl-Università ta’ Malta

Fi stqarrija l-Università ta’ Malta qalet li m’hu se jkun hemm l-ebda ċaqlieq fl-iskeda tal-eżamijiet fl-Università ta’ Malta minħabba l-Elezzjoni Ġenerali. Wara laqgħa li saret ma’ rappreżentanti tal-KSU, l-Università kienet infurmata li minn stħarriġ li sar minn numru ta’ għaqdiet tal-istudenti, ħareġ biċ-ċar li l-maġġoranza tal-istudenti ma jaqblux li għandu jkun hemm ċaqlieq ta’ dati tal-eżamijiet.

Għalhekk ġie deċiż li l-eżamijiet kollha fl-Università ta’ Malta, fil-Junior College u dawk tal-MATSEC fil-livelli kollha jsiru kif kien ippjanat skont l-iskeda oriġinali.

Aqra aktar

Il-President taċċetta l-parir tal-Prim Ministru għall-elezzjoni ġenerali

 

Illum, l-1 ta’ Mejju, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, rċieviet lill-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Il-President ta’ Malta, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha, bis-subartikoli (1) u (5) tal-Artikolu 76 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, avżat u ipproklamat illi, il-Parlament ta’ Malta jkun xolt, u ġie xolt mill-lum, l-1 ta’ Mejju 2017.

Aqra aktar

Mijiet ta’ sportivi jiċċelebraw l-ewwel ta’ Mejju

L-ewwel ta’ Mejju ma jiċċelebrawhx il-ħaddiema biss, iżda anki mijiet ta’ sportivi, li f’xemx taqli l-ankri nġabru fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq biex jieħdu sehem f’xi waħda mid-diversi attivitajiet li hemm għaddejjin matul il-jum.

Dan biex bil-għan li aktar nies ikunu konxji kemm l-attività fiżika tiġġieled l-obeżità, fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq ittellgħet it-tielet edizzjoni tal-Open Day organizzata minn Sport Malta.

Aqra aktar

Il-President b’donazzjoni ta’ €10,000 għal ALS Malta

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ippreżentat għotja ta’ €10,000 lill-Fondazzjoni ALS Malta, illum wara nofsinhar fil-Palazz tal-President f’San Anton.

Bjorn Formosa, li seraq il-qlub ta’ bosta, irringrazja lill-President u spjega kif dawn il-fondi se jkunu qed imorru biex tinbena din id-dar li se tagħti iktar dinjità u kura ta’ kwalità lill-persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-ALS.

“Inkomplu noħolqu sinerġiji biex inħeġġu l-għarfien tal-lingwa tagħna”

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet serata organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u l-għaqdiet tal-Malti, fil-Palazz ta’ Sant’Anton fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna.

F’diskors li għamlet, il-President Coleiro Preca, tkellmet fuq l-importanza li nkomplu noħolqu sinerġiji biex inħeġġu l-għarfien tal-lingwa tagħna, is-sabiħ tagħha, is-sens ta’ identità u profondità li tagħtina biex tassew turina aħna minn aħna.”

Send this to a friend