Kien b’dan il-mod li l-President Marie-Louise Coleiro Preca, iddeskriviet lill-eks President ta’ Malta, Ċensu Tabone, waqt serata mużiko-letterarja li l-Uffiċċju tal-President organizza ad unur tiegħu, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton.

Kien b’dan il-mod li l-President Marie-Louise Coleiro Preca, iddeskriviet lill-eks President ta’ Malta, Ċensu Tabone, waqt serata mużiko-letterarja li l-Uffiċċju tal-President organizza ad unur tiegħu, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton.
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca indirizzat konferenza ta’ livell għoli fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda intitolata ‘Funding the Future: Challenges and Respondes to the Reintegration of Child Soldiers,’ organizzata mir-Rappreżentanta Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda għat-tfal u l-kunflitti, Virginia Gamba.
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ngħatat premju prestiġġjuż waqt it-tlettax-il edizzjoni tal-Premju Margutta – La Via delle Arti li ttellgħet għall-ewwel darba f’Malta.
Malta u l-Albanija għadhom kemm iffirmaw memorandum of understanding bejn iż-żewġ kmamar tal-kummerċ liema ftehim ser jiffaċilità aktar in-negozju bejn l-imprendituri Maltin u l-Albaniżi.
Il-President Coleiro Preca hija mħassba dwar id-dibattiti polarizzati li qed isiru dwar l-emendi għal liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni. Dan it-tip ta’ dibattitu ma jgħinx kostruttivament biex jiġu mifhuma b’mod ħolistiku l-implikazzjonijiet umani, soċjali, etiċi u mediċi.
Fl-okkażjoni tar-raba’ anniversarju minn mindu ħadet il-ġurament tal-ħatra, il-President Marie-Louise Coleiro Preca tat rispett lill-eks Presidenti ta’ Malta billi poġġiet bukketti tal-fjuri fuq il-monumenti dedikati lilhom.
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu taħt il-Patroċinju Distint tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, nediet il-Qaritona Nazzjonali (National Readathon). Preżenti għal din it-tnedija li ġiet organizzata fil-Palazz tal-Verdala fil-Buskett, kien hemm ‘il fuq minn mitt student tar-raba’ sena mill-iskejjel primarji ta’ Ħal Qormi San Bastjan u Ħal Qormi San Ġorġ. L-għanijiet tal-Qaritona huma li titrawwem iktar imħabba għall-qari fost it-tfal filwaqt li tintwera solidarjetà mal-oħrajn.
Matul it-tnedija, it-Team tal-Litteriżmu tal-Kulleġġ San Injazju organizza sessjonijiet ta’ qari għall-gost bil-parteċipazzjoni tal-istudenti. L-attivtà ġiet ippreżentata mill-Ambaxxatriċi tal-Qari Corazon Mizzi u matulha ħadu sehem ukoll Samuel Farrugia u Karl Abela, li wrew in-namra tagħhom għall-qari u l-kotba lil dawk preżenti.
B.U. hija rappreżentazzjoni teatrali li ser tittella’ mill-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu biex tiċċelebra d-Diversità. Din l-attività ser tkun akkumpanjata minn forum biex dawk preżenti mhux biss jgħarfu d-diversità imma jiddiskutuha.
Ser nimxi ġurnata b’ġurnata billi mmur l-iskola u mmur għat-terapija fl-isptar. Dawn kienu l-ewwel reazzjonijiet ta’ Christopher Bartolo li ngħata l-ħelsien mill-arrest temporanju wara li kien hemm qbil fil-Kabinett, li dan il-ġuvni li huwa marid serjament fil-kliewi għandu jingħata l-kura lil’hinn mill-kanċell u l-erba’ ħitan tal-ħabs. Crew ta’ One News mar quddiem il-ħabs fejn segwa mill-qrib il-ħelsien mill-arrest ta’ dan iż-żagħżugħ. Id-dettalji.Aqra aktar
Is-Sinjura Başak Türkoğlu ppreżentat il-kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca illum fil-Palazz, fil-Belt Valletta.
Waqt iċ-ċerimonja, il-President ta’ Malta u l-Ambaxxatriċi ġdida tkellmu dwar ir-relazzjonijiert bilaterali.
L-aħħar kredenzjali li ppreżentat kien f’November tal-2014 fil-Kuala Lumpur bħala ambaxxatriċi Torka fil-Malasja.
Fl-isrtess ċerimonja, ippreżentaw il-kredenzjali tagħhom il-kummissarju għoli Indjan Rajesh Vaishnaw li huwa ggradwat fl-Inġinerija elettrika kif ukoll l-ambaxxatriċi tal-Eġittu Nada Druz li tispeċjalizza fid-drittijiet umani, negozjati internazzjonali u drittijiet tan-nisa u tmexxija fil-Mediterran.
Send this to a friend