presepju | One News

Notifiki

Soru tagħmel l-ostji ħdejn il-maxtura f’presepju ħaj f’Għawdex

Jekk wieħed f’dawn il-jum ta’ festi żar il-presepju ħaj li jinsab fil-komunità ta’ Ġesu Nazzarenu fix-Xagħra Għawdex, ra personaġġ mhux tas-soltu. Ħdejn il-Madonna, San Ġużepp u Ġesù tarbija, kien hemm soru Franġiskana tagħmel l-ostji.  Fil-kuvent tas-Sorijiet Franġiskani li jinsab fix-Xagħra stess hemm bħalissa erba’ sorijiet. Aqra aktar

L-24 ta’ Diċembru għadu maħbub minn bosta

Il-Jum ta’ għada, l-24 ta’ Diċembru għadu sinonimu ma’ spirtu sabiħ għal bosta. Ħafna jkun għad fadlilhom xi xiri x’jagħmlu. Imma għadek issib ħafna nies li jħobbu jerfgħu din il-ġurnata biex iżuru ħbieb li jkunu ilhom ma jiltaqgħu jew inkella jħallu propju din il-ġurnata fis-sena biex jerġgħu jġeddu xi ftit memorji u tifkiriet tat-tfulija.

Ma jonqsux l-awguri għalkemm fil-mezzi tal-midja soċjali sirna naraw ħafna kummenti li wieħed m’hemmx għalfejn jistenna dawn il-jiem biex jirreċiproka awguri ta’ xewqat tajba lil dak li jkun. Imma ejja ngħidu li b’mod awtomatiku hekk jiġri u s-soċjeta’ tistimola biex dan jiġri wkoll. Mhux inqas il-midja li żżid l-adrenalina għal dan l-istat ta’ ferħ fin-nies.Aqra aktar

RITRATTI: Il-presepju Malti armat f’Betlehem

Il-Presepju Malti li s-sena li għaddiet kien fiċ-ċentru tal-attenzjoni fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, issa qiegħed metri ’l bogħod minn fejn seħħet il-ġrajja elfejn sena ilu f’Bethlehem.

Ftit jiem qabel il-Milied, kif jidher fir-ritratti li kiseb ONE NEWS,  il-presepju jinsab armat lest f’Betlehem, presepju li qed ipaxxi l-għajnejn bit-talent Malti.

Il-presepju Malti se jiġi inawgurat wara quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona. Preżenti għall-inawgurazzjoni hemm il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u s-Sindku ta’ Betlem Anton Salmon flimkien mar-rappreżentant Maltin fil-Palestina Reuben Gauci.

 

Aqra aktar

Il-Papa jitlob fil-presepju Malti

Il-Papa Franġisku talab fil-presepju Malti, dan seħħ wara l-qari tal-vespri u Te Deum f’San Pietru, funzjoni li bdiet fil-17.00.

Wara l-Papa Franġisku mexa mil-Bażilika ta’ San Pietru u jidħol fil-presepju fejn ikollu ftit mumenti ta’ riflessjoni.

Aqra aktar

Illum il-Papa jitlob fil-presepju Malti

Il-Papa Franġisku llum se jitlob fil-presepju Malti, dan ser iseħħ wara l-qari tal-vespri u Te Deum f’San Pietru, funzjoni li tibda fil-17.00.
Wara l-Papa Franġisku jimxi mil-Bażilika ta’ San Pietru u jidħol fil-presepju fejn ikollu ftit mumenti ta’ riflessjoni.

Il-presepju ma kienx parti mill-festi nsara minn dejjem…

Iżda l-iktar tradizzjoni Nisranija tal-Milied hija bla dubju ta’ xejn il-presepju. Imma mhux dejjem kien jeżisti fit-tradizzjoni Nisranija.

Kien San Franġisk t’Assisi li beda din it-tradizzjoni sabiħa. F’Diċembru tas-sena 1223 kien fuq l-għolja ta’ Greccio li hu kien tant iħobb. Hemm, billi kien wasal il-Milied, beda jaħseb f’Betlehem u ż-żjara tiegħu f’dik il-belt qaddisa u għażiża.

U ġietu idea li jagħmel xi ħaġa ġdida fl-istorja. Sejjaħ lin-nobbli Giovanni Vellita, ħabib kbir tal-qaddis, u talbu biex iħejjilu maxtura, baqra u ħmara għal-lejl tal-Milied. Il-lejl tal-Milied wasal u n-nies kollha tal-inħawi marru bix-xemgħat f’idejhom għall-funzjoni. L-artal kienet il-maxtura u Franġisku għamilha ta’ Djaknu, ghax qatt ma ried ikun ordnat saċerdot. Franġisku kien ferħan f’dak il-lejl qaddis. Hu stess qara l-Vanġelu tal-quddiesa.

Aqra aktar

Studenti jiksbu rekord uniku – ipinġu fuq il-kartonċin!

L-Erbgħa 21 ta’ Diċembru 2016, l-għalliema, LSAs, l-istudenti u l-ġenituri tal-ħames sena tal-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof waqqfu rekord ġdid.  Dan kien jinkludi tpinġija ta’ 7m b’4m fuq 80 kartonċina bajda.

L-istampa finali kienet dik ta’ silhouette tax-xena tan-natività f’inqas minn sagħtejn.  L-istudenti u l-ġenituri ngħataw parti mill-istampa kollha li kellhom ikabbru fuq il-kartonċin.  Wara li l-istudenti u l-ġenituri pinġew l-istampa tagħhom, dawn twaħħlu kollha fuq il-kanvas.

Rappreżentant mill-Malta Records ra dan il-proġett u ppreżenta lit-tim midalja u ċertifikat tal-kisba ta’ dan ir-rekord ġdid.  Fl-aħħar ittieħed ritratt ta’ tifkira ta’ dan l-avveniment.

Aqra aktar

Send this to a friend