power station – One News

Notifiki

Id-dħaħen mill-power stations f’Delimara naqsu bi 3.8% fl-2018

Il-qalba li pajjiżna għamel għall-gass mill-heavy fuel oil qed tkompli twassal għan-nuqqas ta’ emissjonijiet fl-arja b’ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li matul is-sena li għaddiet, id-dħaħen mill-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku naqsu bi tlieta punt sitta fil-mija meta mqabbel mal-2017.

L-EMISSJONJIET MILL-POWER STATIONS F’MALTA
2018 – TNAQQIS TA’ 3.6%

Iċ-ċifri tal-NSO juru li s-sena li għaddiet il-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta żdiedet bi 2.8 fil-mija u qabżet iż-żewġ miljun u ħames mitt elf megawatt kull siegħa, l-ogħla f’kull żmien.

Kważi tmienja u sittin fil-mija tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta fl-2018 kienet iġġenerata mill-power stations, segwita bl-importazzjoni tal-elettriku mill-interconnector b’24.5 fil-mija u sebgħa punt tmienja fil-mija li kienet iġġenerata minn sorsi ta’ enerġija nadifa.

IL-ĠENERAZZJONI TAL-ELETTRIKU F’MALTA
POWER STATIONS – 67.7% (+19.2%)
INTERCONNECTOR – 24.5% (-29.6%)
ENERĠIJA NADIFA – 7.8% (+15.4%)

L-NSO li ppubblika l-istatistika miġbura mill-Enemalta juru wkoll li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, l-Enemalta esportat l-elettriku fis-suq Ewropew meta f’Settembru tal-2017 u f’Settembru tal-2018, esportat aktar minn 46 elf mega watt hour ta’ elettriku.

Joħroġ ukoll li matul is-sena li għaddiet kompliet tiżdied il-ġenerazzjon tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija nadifa, l-aktar mill-pannelli tax-xemx li żdiedet bi 15.4 fil-mija. Din kienet tfisser ukoll żieda ta’ 165 fil-mija meta mqabbel mal-2014.

L-NSO żied jgħid li l-konsum tal-elettriku jilħaq l-aqwa tiegħu fix-xhur sħan ta’ Lulju u Awwissu.

Il-Gvern jilqa’ l-kummenti tal-K.E. dwar il-proġett tal-power station tal-gass

Il-Gvern laqa’ l-kummenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-proġett tal-Power Station tal-Gass. Fil-kummenti tagħha l-Kummissjoni Ewropea nnutat li ntlaħqu l-għanijiet tal-proġett u li wasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet, għal kontijiet orħos u għat-tneħħija ta’ impjanti antiki u li jniġġsu tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Delimara u l-Marsa.

Dan għal benfiċċju tal-poplu Malti u l-ambjent.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi nnota li dan il-kliem mill-Kummissjoni Ewropea juru kif ir-roadmap tal-enerġija u l-energy mix użata hija l-aqwa strateġija għal pajjiżna.

“Il-proġett tal-power station tal-gass kien l-akbar wieħed li sar f’pajjiżna”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-proġett tal-power station tal-gass kien l-akbar proġett infrastrutturali u innovattiv li qatt sar f’pajjiżna, u dan f’ċirkostanza fejn il-Gvern Nazzjonalista kien jgħid li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma jistgħux jorħsu, u l-pajjiż lanqas jista’ jaqleb għal ġenerazzjoni tal-elettriku li taħdem bil-gass.

Aqra aktar

Dawl mill-interconnector jista’ jiswa €200 kull MW

Siegħa elettriku mill-interconnector tista’ tiswa lill-kumpanija Enemalta €200 kull megawatt.

Dan ħabbru l-Inġineer Jonathan Scerri waqt konferenza tal-aħbarijiet b’reazzjoni għall-pubblikazzjoni tar-rapport tal-awditur ġenerali dwar il-powerstation il-ġdida li kkonkluda li l-proċess tal-għoti tal-offerta kien ġust u trasparenti.Aqra aktar

Rapport li kkonferma li saret l-aħjar għażla- miġjuba fix-xejn l-allegazzjonijiet tal-PN

Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-power station il-ġdida jikkonkludi li rebaħ min verament kien ħaqqu u li l-proġett tal-power station il-ġdida huwa prova oħra tal-bidla kbira fis-settur tal-enerġija.

Sostnew dan il-Ministru Ian Borg u d-Deputat Robert Abela f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha spjegaw fid-dettall l-analiżi tal-Awditur Ġenerali li kkonkluda li l-proċess kien ġust u trasparenti.Aqra aktar

Il-Gvern jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rapport tal-NAO dwar il-proġett tal-power station tal-gass

Il-Gvern laqa’ b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratti bejn il-konsorzju ElectroGas u l-Enemalta. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara l-pubblikazzjoni tar-rapport, il-Ministru Konrad Mizzi qal li dawn il-konklużjonijiet iġibu għal kollox fix-xejn l-allegazzjonijiet li saru matul dawn l-aħħar snin mill-Oppożizzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend