pont – One News

Notifiki

Qed jistedinha!

Ritratti li ntbagħtu lil dan is-sit minn qarrej ftit tal-ħin ilu nisslu tħassib serju dwar x’prekawzjonijiet il-ħaddiema qed jieħdu f’siti tal-kostruzzjoni. Ir-ritratti li rċivejna juru ħaddiem fuq pont jagħmel xogħol fuq faċċata ta’ binja f’Rue d’Argens, il-Gżira. Aqra aktar

Għada filgħodu se tingħalaq parti minn Triq il-Wied fl-Imsida biex isiru xi xogħlijiet

Mill-5:00am ta’ għada s-Sibt, se tibda fażi ġdida tal-pont ta’ Triq il-Wied tal-Imsida, li fuqu tgħaddi Triq Reġjonali. Dan ikkonfermatu l-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta, li żiedet tispjega kif bħala prekawzjoni, il-parti ta’ Triq il-Wied ta’ taħt il-pont se tkun magħluqa sal-4:30pm tas-Sibt stess. Sewwieqa li bi ħsiebhom jgħaddu mill-inħawi f’dawn il-ħinijiet huma mitluba jsegwu t-tabelli temporanji li se jkun hemm fil-qrib.Aqra aktar

Attivisti tas-SeaWatch ħatja li vvandalizzaw il-pont tal-Kappara

Żewġ Ġermaniżi u Żvizzeru ngħataw sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li fil-Qorti ammettew li vvandalizzaw il-pont tal-Kappara.

Kien intervent f’waqtu tal-Pulizija tal-Għassa ta’ Tas-Sliema, li qabad fil-fatt lit-tliet żgħażagħ, li huma attivisti tas-SeaWatch, u li għandhom bejn is-27 u 35 sena, bil-bottijiet tal-inka ħamra f’idejhom iħażżu fuq ħajt taħt l-imsemmi pont. Dan il-vandaliżmu tella’ spiża ta’ sitt elef u ħames mitt ewro, liema spejjeż il-Qorti ordnat li jiġu mħallsa mill-imputati fi żmien tliet ijiem lill-Transport Malta.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Colin Sheldon.

Jinħareġ il-permess għall-bini ta’ pont għall-mixi qrib l-ajruport

L-Awtorità tal-Ippjanar ingħatat permess tibni l-pont għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni, qrib l-Ajruport. Il-pont mistenni jkun twil madwar 11-il metru. Tliet xhur ilu, il-Gvern kien irċieba erba’ offerti għall-bini ta’ dan il-pont b’valur medju ta’ €1.4 miljun. Ix-xogħol tal-bini jibda fix-xhur li ġejjin.

Il-pont se jkollu rampi fit-tond għall-ivvjaġġar bir-roti jew bil-mixi u liftijiet biex ikun aċċessibbli għal kulħadd.

Il-Ministru Ian Borg qal li dan l-investiment huwa importanti għar-residenti tal-Gudja u Ħal Luqa, l-istudenti tal-ITS u ħaddiema fl-inħawi.  Huwa żied jgħid li dan il-proġett ser jgħin ukoll lil dawk li jużaw it-trasport pubbliku biex jaslu fil-waqfiet tal-karozzi tal-linja fl-istess triq.

Il-Gvern jirċievi tliet offeri għall-bini ta’ pont għall-mixi u r-roti fil-Blata l-Bajda

Infrastruttura Malta rċiviet tliet offerti għall-bini ta’ pont għall-mixi u r-roti – u aċċessibbli anke għal persuni b’diżabilità – fil-Blata l-Bajda, biswit il-Kappella tal-MUSEUM.

It-tliet offerti għandhom valur medju ta’ żewġ miljun u erba’ mitt elf ewro.

Dwar dan il-proġett tkellimna mal-Inġinier Robert Schembri minn Infrastruttura Malta li spjega kif dan se jelimina għalkollox id-dwal tat-traffiku preżenti – bir-riżultat li t-traffiku jimxi aħjar, u jkun hemm sigurtà ferm iżjed għolja hekk kif in-nies mhux se jaqsmu iżjed it-triq.Aqra aktar

Se jinbena pont pedonali u għar-roti fi Blata l-Bajda

L-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta se tibni pont pedonali ġdid fi Blata l-Bajda, sabiex tħaffef l-ivvjaġġar bil-mixi jew bir-rota bejn dawn l-inħawi, il-Ħamrun, il-Furjana u l-Marsa.

Il-pont, b’disinn għat-tond, se jinbena fl-2019 fuq Triq San Ġorġ Preca, biswit il-kwartieri tas-soċjetà tal-MUSEUM. Il-pont se jkun qed jagħqad Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun ma’ Spencer Hill u l-inħawi tal-Menqa fil-Marsa, kif ukoll it-terminals tal-vapuri tal-passiġġieri u l-park and ride tal-Furjana. Aqra aktar

Tfajla ta’ 19-il sena ssalva wara li sħabha ttorturawha u tefgħuha minn pont għal isfel

Tfajla ta’ 19-il sena minn Sydney salvat wara li kienet ittorturata u mitfugħa minn pont minn sħabha, skont il-Pulizija Awstraljana.

Jidher li l-vittma, Kayla Kendrigan, għamet sax-xatt ta’ xmara f’Sydney, l-Awstralja, wara li sħabha tefgħuha minn għoli ta’ sitt metri. Jidher ukoll li t-tfajla għandha biss id waħda minħabba diżabiltà li ilha ssofri minn twelidha.Aqra aktar

Send this to a friend