politika – Page 6 – One News

Notifiki

Politika dwar l-konsum tal-alkohol għall-konsultazzjoni

Tnediet għall-konsultazzjoni pubblika l-politika dwar il-konsum tal-alkohol. Politika li qed tara li jkunu ndirizzati tlett sfidi- il-konsum tal-alkohol fost dawk li għandhom inqas minn sbatax-il sena, li jonqos ix-xorb eċċessiv fost il-popolazzjoni b’mod li tinħoloq kuxjenza dwar l-importanza li wieħed jikkonsma x-xorb b’moderazzjoni u jkun indirizzat aħjar is-sewqan bl-effett tal-alkohol.
Aqra aktar

Ħasla lil Theresa May minn tifla ta’ ħames snin

Tifla ta’ ħames snin bl-isem ta’ Brooke Blair qiegħda ddur fuq l-internet permezz ta’ filmat li fih tidher tirrabja mhux ħażin mal-Prim Ministru Ingliż Theresa May.

Fil-filmat, li rawh l-eluf fuq YouTube, Brooke tindirizza lil May direttament. “Jisimni Brooke Blair, għandi ħames snin u għandi xi ħaġa xi ngħidlek” tibda l-indirizz tagħha, filwaqt li tgħidilha li għandha tieħu ħsieb l-ammont ta’ persuni foqra li tiltaqa’ magħhom.

Fost il-kummenti dwar il-filmat, hemm min jemmen li t-tifla tista’ tkun qiegħda tintuża għal skopijiet politiċi – ħaġa li ommha Holly Matthews tinsisti li mhux minnu. Qalet iżda li bintha timpressjona ħafna ruħha meta tara persuni mingħajr saqaf fuq rashom.

Aqra aktar

Gwerra bejn Corbyn u Benn!

Il-Mexxej tal-Lburisti Ingliż Jeremy Corbyn keċċa lil Hilary Benn minn shadow minister għall-affarijiet barranin.

Skont The Observer, wara sitt xhur tensjoni bejniethom, Corbyn neħħa lil Hilary Benn fis-sigħat bikrija ta’ dalgħodu wara telefonata animata bejniethom.

Aqra aktar

Send this to a friend