politika | One News - Part 5

Notifiki

Hate speech qed iżomm lin-nies milli jidħlu fil-politika; hemm bżonn edukazzjoni

Studju riċenti li sar minn SOS Malta juri li persuna minn kull tlieta hawn Malta tispiċċa vittma ta’ hate speech fuq social media.

Kien għalhekk li dalgħodu l-Ministru Owen Bonnici tkellem dwar linji ħomor, f’konferenza organizzata bħala parti mill-presidenza Maltija dwar hate speech.

Il-Ministru qal li kulħadd għandu dritt jesprimi ruħu, imma l-libertà tal-espressjoni ġġorr responsabilitajiet magħha.

Din l-amministrazzjoni wettqet ħidma favur il-libertà tal-espressjoni.  Per eżempju, tneħħiet il-piena ta’ priġunerija għal vilifikazzjoni tar-reliġjon fl-espressjoni artistika. Fl-istess waqt issaħħet il-protezzjoni kontra dwak li jisfaw vittmi ta’ hate speech minħabba r-reliġjon li jħaddnu.

“Ilħaqna l-għan tagħna?” staqsa l-Ministru Bonnici, u qal li żgur li le. Infatti l-leġiżlazzjoni biss ma ssolvix il-problema. Hemm bżonn li wieħed jitkellem u jeduka. Kulħadd, spjega Owen Bonnici, għandu responsabiltajiet mhux biss bħala ċittadin ta’ pajjiżu, imma bħala ċittadin ta’ komumita online globali.

Aqra aktar

“Ħaddieħor jitkellem dwar it-trasparenza, aħna nwettquha”

Il-Gvern ma jistax jippublika l-kuntratt tal-Lottu, għax il-mod kif sar il-ftehim jagħti lok għas-segretezza. Anke l-privatizazzjoni taċ-ċilindri tal-gass u partijiet sostanzjali mill-kuntratt dwar l-Airport.

Dan kollu fakkru l-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt attività politika f’Marsascala.

Għall-kuntrarju,  “ħa nkunu l-ewwel Gvern li ha jkun ippublika l-kuntratti kollha maġġuri tiegħu” qal il-Prim Ministru, filwaqt li qal li ħaddieħor jippriedka t-trasparenza, imma dan il-Gvern iwettaqha.

Fi ftit tas-snin oħra, it-tanker tal-gass ikunu tneħħa u jkunu hemm pipeline li jgħaqqad lil Malta mal-Italja.

Aqra aktar

Jason Azzopardi avukat tal-hijackers

Ix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Jason Azzopardi qed jirrappreżenta wieħed mill-hijackers li f’Diċembru niżżlu ajruplan maħtuf hawn Malta.

Saħansitra tkellem mat-Times of Malta u ddeskriva kemm qed isibha diffiċli jikkomunika miegħu.

Iż-żewġ Libjani qed jużaw l-għajnuna legali – jiġifieri l-għajnuna li tingħata lil min ma jkunx jista’ jħallas għal avukat tal-għażla tiegħu. Ninsabu informati li nhar is-Sibt li għadda, Jason Azzopardi għażel li jmur iżur lil klijent tiegħu fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin.

Aqra aktar

Theresa May aktarx trid lir-Renju Unit jirtira mill-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Mezzi tax-xandir internazzjonali qed jirrapportaw li Theresa May se tressaq pjanijiet biex ir-Renju Unit jirtira mill-konvenzjonijiet stabbiliti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (EHCR).
Din mistennija tkun fil-qalba tal-kampanja tagħha għall-elezzjoni ġenerali tal-2020, wara li ministri Ingliżi amettew li l-pjanijiet ta’ riforma f’dan il-qasam ġew posposti minħabba Brexit.
Aqra aktar

L-Italja tgħid LE u Renzi jirriżenja

It-Taljani qalu le għall-proposti ta’ bidliet kostituzzjonali li kien qed jipproponi l-Prim Ministru Matteo Renzi u meta ftit tas-sigħat ilu kien deher ċar li Renzi tilef il-vot ħabbar li se jirriżenja. Biex żamm mal-kelma li jorbot il-kariga tiegħu mar-riżultat tar-referendum.

Aqra aktar

Titnieda strateġija biex trabbi lill-uliedek b’mod pożittiv

Politika Strategika Nazzjonali għat-trobbija pożittiva. Dan huwa l-isem ta’ dokument li ġie mniedi dagħlodu dwar atteġġjament pożittiv fit-trobbija li għandhom jużaw genituri u min jieħdu ħsieb lit-tfal. L-interess tat-tfal dejjem għandu jingħata prijorità u jikbru f’ambjent t’imħabba u ħieles mill-vjolenza.

Aqra aktar

Sarkozy jirtira mill-politika

L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy ħabbar li jixtieq jirtira mill-politika wara li tilef it-tellieqa interna fost ir-Repubblikani biex ikun kandidat għall-elezzjonijiet Presidenzjali.

Filwaqt li ammetta t-telfa, Sarkozy esprima appoġġ lejn Francois Fillon, li rebaħ l-ewwel round ta’ voti, b’44% tal-voti favurih.

Aain Juppe, il bħal Fillon huwa eks Prim Ministru, ġie fit-tieni post.

Aqra aktar

€5.3 miljun li kabbru s-suspetti

Il-Maltatoday kompliet tiżvela dettalji b’rabta mal-investigazzjoni ta’ Capital One, li f’Malta kienet taġixxi f’isimha kumpanija fiduċjarja bl-isem ta’ Baltimore.

Wieħed miż-żewġ persuni fit-tmun ta’ Baltimore kien il-Viċi-Kap Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami. Fil-ħarġa tal-llum huwa rrapportat li €5.3 MILJUN daħlu fil-kont ta’ CapitalOne fuq medda ta’ erba’ snin…primarjament minn kumpaniji Ċiprijoti u Griegi, u li iktar tard għaddew f’kumpaniji Ċiprijotti oħra.

It-tranżazzjonijiet, permezz tal-Bank of Valletta, għaddew fuq struzzjonijiet ta’ Baltimore Fiduciary Services.

Aqra aktar

Send this to a friend