politika | One News - Part 4

Notifiki

Zuckerberg jiskuża ruħu

Il-Fundatur ta’ Facebook Mark Zuckerberg ammetta li l-mezz tal-midja soċjali wettaq żbalji li wasslu biex miljuni ta’ membri tas-sit soċjali kellhom informazzjoni personali sfruttata minn konsultazzjoni politika.

Cambridge Analytica hija akkużata b’użu ħażin ta’ informazzjoni f’isem klijenti politiċi.

Fi stqarrija, Zuckerberg qal li din hija daqqa ta’ ħarta għal fiduċja fis-sit popolari facebook.

Angela Merkel tixtieq ittemm l-istaġnar politiku fil-Ġermanja

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel se tibda sett ġdid ta’ taħdidiet fuq koalizzjoni fil-jum tal-Ħadd, bil-għan li jispiċċa l-istaġnar politiku fil-pajjiż. Iktar minn tlett xhur wara li saret l-elezzjoni, il-Ġermanja għadha mingħajr gvern ġdid. Id-diskussjonijiet se jkunu mifruxa fuq ħamest ijiem, u se jinkludu lid-Demokratiċi Kristjani ta’ Merkel, l-alleati tagħha l-Unjoni Soċjali Kristjana, u d-Demokratiċi Soċjali.

Ħafna qed jaraw dan bħala l-aħħar ċans biex tinħoloq koalizzjoni stabbli.

Martin Scicluna dwar Busuttil; irresponsabbli u f’relazzjoni bla “dinjità” ma’ DCG

“Irresponsabbli”. Hija din il-kelma li uża l-opinjonista Martin Scicluna biex iddeskriva l-karattru tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, li f’artiklu dettaljat fit-Times of Malta, analizza s-sitwazzjoni politika attwali ta’ pajjiżna.

Scicluna nnota r-rabta bejn Daphne Caruana Galizia u Simon Busuttil u ddeskriva din ir-relazzjoni bħala mhux l-iktar waħda dinjituża għall-Kap tal-Oppożizzjoni.

“The Caruana Galizia tail is wagging the Busuttil dog – not the most dignified or inspiring position for the Opposition leader to find himself in”.

Aqra aktar

Malta fost il-ftit pajjiżi fejn hemm nisa jmexxu; bżonn urġenti ta’ aktar

Pajjiżna huwa wieħed mill-ftit pajjiżi madwar id-dinja fejn hemm nisa jmexxu. Dan skont rapport tan-Nazzjonijiet Magħquda li minkejja li pajjiżna miexi fit-triq it-tajba l-mexxejja ta’ stat jew Gvern nisa niżel minn 19 għal 17 fl-2015 madwar id-dinja.

F’pajjiżna għandna rappreżentanti nisa fil-Parlament filwaqt li waħda mill-ogħla figuri tal-pajjiż, il-President, hija ukoll mara.

Ir-rapport jinnota li n-numru ta’ nisa fil-Parlament madwar id-dinja qed jibqa’ baxx. Il-medja ta’ nisa fil-Parlament żdiedet minn 22.6% fl-2015 għal 23.3% fl-2016.

Aqra aktar

“Qed ngħidlek ħares lejja meta nkellmek” – ir-Russu lill-Ingliż

It-tensjoni kienet kbira waqt diskussjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar l-appoġġ tar-Russja lejn is-Sirja.

Rappreżentant għal Moska ħataf lid-diplomatiku Ingliż Matthew Rycroft u qallu jħares lejħ meta jitkellem. Iċ-ċanfira tad-deputat ambaxxatur Vladimir Safronkov lil Rycroft saret hekk kif ir-Russja għamlet veto lir-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda li kkundannat l-użu ta’ armi kimiċi fis-Sirja.

In-Nazzjonijiet Magħquda qed jinsistu għal investigazzjoni malajr kemm jista jkun dwar l-attakk li ħataf il-ħajja ta’ 87 persuna.

Il-President Sirjan Bashar-al Assad qal li l-attakki kimiċi minnu kienu mija fil-mija ivvintati u li  ma kien hemm ebda ordni għal attakk.

Aqra aktar

Send this to a friend