politika | One News - Part 3

Notifiki

Bullying minn dawk li jixegħlu x-xemgħat u jpoġġu l-fjuri

Il-kwistjoni tal-bullying fl-iskejjel jew aħjar il-bullying fost ulied il-politiċi kompliet tkun suġġett ta’ diskussjoni.

Fuq il-profil tagħha fuq Facebook, mart il-Kap tal-Oppożizzjoni Nickie Vella De Fremeaux esprimiet il-weġgħa tagħha għall-fatt li binha spiċċa eskluż minn ċirku ta’ ħbieb minħabba l-politika.

Permezz ta’ kitba twila, is-Sinjura De Fremeaux qalet li kienet ta’ wġigħ il-qalb tara l-binha jitħalla barra minn festin tal-ikbar ħabib tiegħu.Aqra aktar

Bil-Filmat: Delia- “Il-firda fil-PN ipinġiha l-PL”

48 siegħa wara li ċeda għall-pressjoni tal-establishment biex ma jieħu ebda passi kontra Simon Busuttil, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mar jitkellem fuq programm fuq in-Net fejn id-domandi seta’ jistaqsihomlu biss il-preżentatur favorit tiegħu, Frank Psaila.

Jiem wara li nofs id-deputati tiegħu ħarġu jisfidawh pubblikament u l-eks Kap Busuttil qal li Delia jrid jeħles minnu, issa Adrian Delia qal li l-firda fil-PN qed ipinġija l-labour.  Aqra aktar

Id-dawra tond ta’ Delia fi 80 sekonda

Filmat ta’ 80 sekonda mtella’ fuq il-paġna tal-Partit Laburista fuq Facebook juri d-dawra tond li għamel il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Fi tmint ijiem, beda biex talab lil Simon Busuttil jirriżenja, u eventwalment spiċċa jgħidlu li seta’ jibqa fejn hu.Aqra aktar

L-Istati Uniti tgħid li l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem hu fossa ta’ xaqlib politiku

L-Istati Uniti telqet ‘il barra mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, hekk kif kien deskritt mill-istess pajjiżi bħala fossa ta’ xaqlib politiku.

Nikki Haley, il-mibgħuta speċjali tal-Istati Uniti, qalet li dal-Kunsill huwa ipokritu u jaqdi lilu nnifsu, filwaqt li jwaqqa għaċ-ċajt id-drittijiet tal-bniedem. Is-sena l-oħra, Haley akkużat lill-kunsill b’xaqlib kroniku u kontra l-Iżrael, u qalet li l-Istati Uniti kienet qed terġa tikkunsidra s-sħubija tagħha fih.

Il-Kunsill, li kien iffurmat fl-2006, kien ikkritikat li jħalli pajjiżi b’dubji serji fuq id-drittijiet tal-bniedem ikunu membri. Iżda attivisti qalu li jekk l-Istati Uniti jieħdu dal-pass, jaf l-isforzi li qed isiru biex jissorveljaw u jindirizzaw abbużi tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja jieħdu daqqa lura.

LEJN POLITIKA NAZZJONALI KULTURALI

Fil-ġimgħat li ġejjin, id-Direttorat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, ser iniedi sensiela ta’ laqgħat pubbliċi. L-għan ta’ kull laqgħa hu biex mal-pubbliku jiġi diskuss, issir analiżi u evalwazzjoni kif irridu l-kultura tiżviluppa f’pajjiżna fl-ewwel nofs tad-deċennju l-ġdid.

Aqra aktar

Send this to a friend