politika | One News - Part 2

Notifiki

“Delia ma jgħidx kelma pożittiva dwar pajjiżna”- il-PL

Id-diskors tal-lum tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien diskors isteriku, u identitiku ta’ kull diskors li kien jagħmel il-Kap preċedenti Simon Busuttil qabel l-elezzjoni, liema elezzjoni wriet biċ-ċar li din hi politika skaduta.

Id-diskors ta’ Delia kien attakk sħiħ lejn l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, partikolarment l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju, diskors negattiv u mweħħel fil-passat mingħajr viżjoni għall-futur. Aqra aktar

Mifsud Bonnici: Il-PN qala’ daqqa oħra fil-kredibbiltà b’Egrant

Id-Deputat Nazzjonalista u Eks Ministru Carm Mifsud Bonnici ddikjara li l-Partit Nazzjonalista qala’ daqqa ta’ ħarta fil-kredibbiltà wara l-inkjesta Egrant. F’artiklu fuq il-blog tiegħu b’tifħir għall-Kap Adrian Delia, Mifsud Bonnici ħareġ għonqu għall-Kap bil-messaġġ ċar li ma jistax jaħti hu għan-nuqqas ta’ popolarità li għandu l-Partit Nazzjonalista.

Artiklu li deher fil-gazzetta Kullħadd jitfa’ dawl fuq il-fatt li  Mifsud Bonnici kiteb li l-Kap daħal għal għadma iebsa. “Iebsa għax il-partit, bl-aħħar telfa elettorali tiegħu, kien qala’ daqqa ta’ ħarta qawwija. Illum iktar u iktar b’saħħitha dik id-daqqa fil-kredibbiltà tal-messaġġ tiegħu wara r-rapport maġisterjali dwar il-kwistjoni ta’ Egrant,” kiteb Mifsud Bonnici li dakinhar li f’Lulju ħareġ ir-rapport Egrant kien wieħed mill-persuni  li fl-immedjat tkellem magħhom Adrian Delia. Tant li kien deher ħiereġ mid-Dar Ċentrali fil-ħinijiet ta’ qabel il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha ħabbar li Simon Busuttil kellu jkun sospiż mill-Partit Nazzjonalista. Sospensjoni li kellu jirtira minnha wara l-inkwiet li nqalagħlu fil-grupp parlamentari.Aqra aktar

Delia – pajjiżna sejjer lejn żmien il-gwerra

“Pajjizna sejjer lejn żmien il-gwerra.”

Hekk iddikjara l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fuq il-programm Iswed fuq l-abjad fuq Net Television.

L-Erbgħa filgħaxija, il-Kap Nazzjonalista mar fuq l-istazzjoni televiziv tal-Partit Nazzjonalista u ta x’jifhem li qegħdin ngħixu f’pajjiz tal-biżà.

Kwazi sena wara li laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia baqa’ jimxi fuq il-kampanja ta’ biza u negattivita li ħoloq il-kap ta’ qablu Simon Busuttil.Aqra aktar

Il-PN partiġġjan fejn suppost jirrenja l-interess nazzjonali  

L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar is-sitwazzjoni fil-Libja turi li l-Partit immexxi minn Adrian Delia reġa’ mhux jitlef okkażjoni waħda biex ikun partiġġjan. Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li f’ċirkostanzi fejn hu importanti li l-pajjiż ikun magħqud u fejn għandu jirbaħ l-interess nazzjonali, il-Partit Nazzjonalista għażel it-triq tal-konfront b’argumenti bla bażi.Aqra aktar

Partit maqtugħ min-nies

B’Adria Delia kap il-Partit Nazzjonalista baqa’ maqtugħ minn nies bħalma kien fi żmien il-Kap ta’ qablu. Fil-fatt, Adrian Delia kellu l-wiċċ jgħid li l-iktar minn €11–il miljun li se jmorru fil-bwiet tan-nies f’dawn il-jiem huma daħk fil-wiċċ. Biex bħal esponenti oħra fil-Partit Nazzjonalista, fosthom il-Viċi Kap Arrigo, ħareġ jattakka din ir-rifużjoni tat-taxxa li qed tingħata lill-familji Maltin.Aqra aktar

Id-djuq ta’ Manuel Delia

Qisu l-bieraħ imma għaddew xi 12-il sena, meta bħala Sindku tal-Ħamrun, sibt ruħi f’uffiċċju fil-Ministeru tal-Bużullotti, magħruf ukoll bħala tat-Trasport, quddiem Manuel Delia, wieħed mill-persons of trust ta’ Austin Gatt. Manuel Delia jitgħaggeb ħafna għax ħaddiehor ikun appuntat person of trust, imma nesa’ żmienu.

Niftakar kont quddiemu għaliex bħala Kunsill Lokali xtaqt li ntaffi l-ikbar problema li għad hemm fil-Ħamrun. It-traffiku u l-parkeġġ. Kont ressaqtllu l-proposta tal-parkeġġ taħt l-art li wara ħafna terturi sar, u proposti oħrajn, fosthom li fejn kien il-parkeġġ tal-korsa tal-Marsa, isir park and ride għal postijiet qrib fosthom il-Ħamrun, għal dawk li jiġu jaħdmu fil-Ħamrun jew jixtru.

Apparti l-fatt li l-proposti kien stmhom fejn ipoġġi bil-qiegħda, qbadna diskursata fuq is-sitwazzjoni besjtali tat-traffiku. Għax biex kulħadd jiftakar, is-sitwazzjoni ħazina tat-traffiku f’Malta bdiet taħt Il-Gvern tal-Bużullotti.Aqra aktar

“Jekk l-Oppożizzjoni ma jkollhiex koerenza, ikollna problema ta’ Governanza Demokratika fil-pajjiż”- Alfred Sant

Jekk l-Oppożizzjoni ma jkollhiex koerenza, ikollna problema ta’ governanza demokratika fil-pajjiż. Il-Gvern għandu bżonn Oppożizzjoni li tikkritikah b’mod koerenti waqt li tippreżenta l-alternattivi tagħha, qal il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant fuq SMASH TV.

“Illum għandna problema għax għandna Oppożizzjoni dgħajfa u maqsuma għal raġunijiet evidenti. Il-PN jinħass demoralizzat u mhux koerenti ma’ dak li jgħid. Dik tinkwetani ħafna lili. Jekk inħarsu lejn l-istorja ta’ Malta mill-Indipendenza ’l hawn, il-PN – anke jekk ma kontx taqbel miegħu – kien koerenti fi żmien Borg Olivier u fi żmien Fenech Adami.” Aqra aktar

“L-U.E. għandha kriżi istituzzjonali dwar l-immigrazzjoni”- Alfred Sant

L-Unjoni Ewropea għandha kriżi istituzzjonali għax la għandha politika komuni u lanqas risposta komuni dwar l-immigrazzjoni. Ma hemmx qbil mill-istati membri tal-UE dwar proposti fuq il-kontroll tal-fruntieri, m’hemmx qbil fuq proposti dwar il-qsim tal-piżijiet tal-immigranti fost l-istati membri tal-UE u ma hemmx qbil dwar politika komuni tal-UE f’dan il-qasam.

Dan qalu Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fil-programm ta’ Emmy Bezzina ‘Il-Parlament tal-Poplu’ fuq SMASH TV.

 “Effettivament din hi problema Ewropea. Illum l-ewwel nippruvaw ma nħalluhomx jibdew il-vjaġġ bil-baħar u mbagħad nippruvaw insalvawhom meta jkunu se jegħrqu. Imbagħad tlieta, erba’ jew ħames stati membri tal-UE jippruvaw iqassmuhom bejniethom, skont id-daqs tal-grupp. Imma dan mhux isir bl-istrutturi tal-UE.”Aqra aktar

De Marco jikkonferma s-sehem tiegħu

Id-Deputat Nazzjonalista Mario De Marco kkonferma li ddefenda għal iktar minn darba l-kuntratt li ntrebaħ mill-konsorzju JCL – MHL għall-bini ta’ kċina ġdida u estensjoni fir-residenza San Vinċenz De Paul.

Kienet il-gazzetta KullĦadd li lbieraħ żvelat fil-faċċata li De Marco kien konsulent legali ewlieni tal-konsorzju b’rabta ma’ dan il-kuntratt. Kuntratt li l-Partit Nazzjonalista issa jrid li jiġi investigat mill-Awditur Ġenerali u stqarrija dwar dan ippubblikata s-Sibt kienet iġġib il-firma tal-istess De Marco. Aqra aktar

Send this to a friend