politika | One News

Notifiki

“Dan huwa moviment li ma jibnix ħitan”- il-PM

Dan huwa moviment li qed iġib is-suċċess sforz l-għaqda u billi ma jibnix ħitan. Fiċ-ċentru Ċiviku tal-Imtarfa l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar it-transizzjoni kbira li għamel pajjiżna tul is-snin. Propju fl-Imtarfa, il-post marbut mal-preżenza militari Ingliża, Dr. Muscat tkellem dwar il-kisba tal-Ħelsien t’erbgħin sena ilu.

Semma l-kullana ta’ kisbiet kostituzzjonali li pajjiżna ra tul is-snin. Il-mexxej Laburista saħaq li dan il-moviment irnexxielu jneħħi l-firda fejn parti ta’ poplu kienet tħoss li l-Ħelsien huwa jum tagħha u ħaddieħor jarah li mhux tiegħu.Aqra aktar

Angelina Jolie turi interess li tidħol fil-politika

L-attriċi Amerikana Angelina Jolie wriet interess li tidħol fil-politika. F’intervista fuq ir-radju tal-BBC il-Ġimgħa filgħodu, qalet li sa 20 sena ilu, il-politika kienet l-aħħar ħaġa fuq moħħha, iżda issa li ħadmet snin twal mal-Aġenzija tar-Refuġjati tal-UN, ħsibijietha nbidlu.Aqra aktar

Politika tal-ħdura

Mingħajr dubju, Simon Busuttil ma jistax iħares lejn Joseph Muscat bl-istess lenti li jħares lejn ħaddieħor, żgur. Joseph Muscat, kien il-bniedem, li lilu, li kien diġà poġġa nnifsu wara l-iskrivanija ta’ Kastilja jmexxi lill-pajjiż, temmlu l-karriera politika tiegħu. L-ewwel wara telfa massiva fl-elezzjoni ġenerali, ferm akbar minn dik li tah meta kien għadu Viċi-Kap, u t-tieni l-inkjesta Egrant, ikkonfermat li hu riekeb fuq gidba, li kien ‘Frodist tal-verità’. Tant kienet b’saħħitha l-inkjesta Egrant u l-konklużjonijiet tagħha li l-Kap tal-Oppożizzjoni llum, Adrian Delia, anke xprunat mill-fatt, li seta’ ra l-okkażjoni sabiex jeħles minnu, talbu jitlaq mill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Ma jridx jiskuża ruħu dwar Egrant

Il-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Robert Cutajar, qal li l-Partit Nazzjonalista u l-Kap tiegħu Adrian Delia m’għandhomx għalfejn jiskużaw ruħhom tal-gidba fuq il-Prim Ministru, bil-kampanja ta’ Egrant qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Cutajar qal dan f’diskussjoni mal-whip tal-grupp parlamentari Laburista, Byron Camilleri, fuq  ONE BREAKFAST.Aqra aktar

Bil-Filmat: Għal Casa, il-Kap tal-PN huwa ‘Adrian Busuttil’

Għall-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, il-Kap Nazzjonalista jismu ‘Adrian Busuttil’.

Din il-fixkla xejn sabiħa saret waqt is-sessjoni tal-Erbgħa fuq il-Fosos mal-MEPs Nazzjonalisti. Casa, forsi mingħajr ma ried, kixef kemm hi serja l-firda li hemm fil-qalba tal-partit fl-Oppożizzjoni, u kemm Adrian Delia ma jgawdix ir-rispett li suppost għandu bħala Kap.
Casa huwa magħruf li jappoġġja bi sħiħ lill-eks Kap Simon Busuttil. M’hemmx konferma iktar minn hekk kemm nies fil-Partit Nazzjonalista stess mhux qed iħarsu lejn Adrian Delia bħala Kap Nazzjonalista. Huwa ċar li l-politika tiegħu ta’ mod ġdid, wara sena sħiħa, falliet.

 

 

Bil-Filmat: “A party in dispersion”

“A party in dispersion”, hija l-mod kif l-editorjal ta’ The Malta Indipendent tal-lum qed tiddeskrivi l-qagħda prekarja li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista, li bħalissa suppost qed jippriedka politika ta’ għaqda biex ifakkar l-54 anniversajru minn meta Gżiritna saret indipendenti.

L-editorjal jinnota kif sal-Ħadd li għadda stess, għalkemm xi partitarji Nazzjonalisti marru fuq il-Fosos biex isegwu l-attivtajiet tal-Indipendenza, kien hemm iktar persuni quddiem il-Qorti jfakkru l-memorja tal-blogger Daphne Caruana Galizia. Dawn il-persuni ħafna jassoċċjawhom mal-Partit Nazzjonalista għal raġunijiet ovvji, iżda interessanti wieħed jinnota li l-ikbar applawż minn dawn in-nies tfaċċa’ kull darba li xi ħadd tkellem kontra l-PN.Aqra aktar

L-IDEAT se tiftaħ akkademja politika

Il-Fondazzjoni iDEAT, it-think tank tal-Partit Laburista f’dawn l-aħħar xhur imbarkat fuq proġett ambizzjuż, politiku u edukattiv, dak li tinfetaħ akkademja politika. L-għan ta’ din l-akkademja se jkun sabiex għall-ewwel darba f’pajjiżna jkun hawn ċentru ta’ studji politiċi li esklussivament joffri korsijiet f’diversi temi varji b’relazzjoni mal-politika għal dawk interessati li jwessgħu l-għarfien tagħhom fil-politika u dawk li qegħdin jaspiraw li jkun uta’ servizz fil-politika.

Aqra aktar

Send this to a friend