PN – Page 9 – One News

Notifiki

Il-Gvern se jibqa’ kalm u seren biex jieħu l-aqwa deċiżjonijiet għall-familji Maltin u Għawdxin

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għandu jiddikjara minnufih jekk jaqbilx mad-dikjarazzjoni li għamel id-deputat Simon Busuttil fil-Parlament, li Egrant hi tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Iddikjaraw dan il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Byron Camilleri u d-Deputat Edward Zammit Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet.Aqra aktar

“Il-PN għad irid iwieġeb ta’ għemilu”- il-PL

Il-Partit Nazzjonalista għad irid iwieġeb dwar il-każ tal-invoices foloz. Filwaqt li l-Partit Laburista jinnota l-istqarrija tal-Gvern dwar is-sentenza kostituzzjonali, huwa ċar li sa issa hemm konklużjoni waħda li hi ċara kristall u tispikka iktar minn kollox. Din hi dik li l-Partit Nazzjonalista jieħu kull pass li jista’ biex jaħbi t-taħwid tiegħu.Aqra aktar

Għawdex jeħtieġ l-għajnuna tal-istat – Alfred Sant

Għawdex jeħtieġ l-intervent u l-għajnuna tal-istat biex jissaħħaħ bħala destinazzjoni Ewropea u bħala destinazzjoni nazzjonali u jkompli jtejjeb il-konnettivita` tiegħu ma’ Malta u mal-kontinent Ewropew. Dan qalu Alfred Sant quddiem udjenza numeruża f’Konferenza dwar is-sehem ta’ Għawdex mill-Budget Ewropew tal-2020-2027 fil-Lukanda Ta’ Ċenċ, Għawdex. Alfred Sant enfasizza li l-intervent tal-istat huwa meħtieġ biex jikkumpensa għall-insularita` doppja li jsofri minnha Għawdex peress li s-settur privat u s-suq ħieles waħdu ma jistgħux jiffinanzjaw proġetti kbar li għandu bżonn Għawdex biex ilaħħaq mal-iżvilupp f’Malta.

Aqra aktar

Partiġġjani minflok ifittxu l-ġid komuni

Il-President tas-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista, Mario Fava, ikkundanna l-aġir partiġġjan tad-deputati Jason Azzopardi u Robert Cutajar quddiem il-bżonn li jibqa’ jkun immaniġjat aħjar is-settur tal-iskart.

Hu argumenta li għalihom u l-Partit Nazzjonalista,il-politika partiġjana tiġi qabel l-interess u l-ġid komuni. Fava kien qed jitkellem b’rabta mal-mozzjoni li ressqu nhar it-Tlieta fil-Parlament dwar avviż legali marbut mas-settur. Aqra aktar

ARA: Il-PN bl-inkwiet fil-Belt Valletta

L-inkwiet għall-Partit Nazzjonalista mexa wkoll fil-lokalitá tal-Belt Valletta hekk kif dawk fid-Dar Ċentrali m’humiex kuntenti bis-Sindku, Alexei Dingli.

Żvelat dan il-gażżetta Kullħadd hekk kif ħafna nnuttaw li waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista fil-Fosos tal-Furjana wieħed mill-ftit kunsilliera li tkellmu waqt il-laqgħat kien Chris Micallef – il-Viċi Sindku.Aqra aktar

Mart Delia ddispjaċuta għal kif qed jistmawh

Nickie Vella De Fremeaux, mart il-Kap tal-Oppożizzjoni, tefgħet hi wkoll dawl fuq l-inkwiet li hemm fil-Partit Nazzjonalista. Meta kienet qed titkellem fuq l-esperjenza tagħha bħala mart il-Kap tal-Oppożizzjoni użat kontinwament kliem bħal “terribbli” u “sagrifiċċju”.

F’intervista mas-sit Lovin Malta, hi stqarret fuq il-weġgħa tagħha meta qed ikun stmat hekk, meta daħlu għal din il-ħaġa biex itejbu s-sitwazzjoni. “Adrian seta’ baqa’ d-dar u għexna l-ħajja normali kuntenta tagħna,” qalet De Fremeaux. Pront kien il-ġurnalist li qalilha jekk tixtieqx li Delia għażel li jieħu dik it-triq, fejn qalet li meta tara x’qiegħed jiġri fil-Partit Nazzjonalista tgħid li iva. “Meta tara x’qed jiġri fil-partit ngħid iva,” qalet mart il-Kap tal-Oppożizzjoni li tenniet li tistaqsi x’qed jiġri u għaliex. Saħansitra De Fremeaux kienet mistoqsija għaliex ma jitlaqx meta għadu fiċ-ċans u t-tweġiba tagħha kienet li ma tafx għax ma jagħmilx hekk.Aqra aktar

Send this to a friend