PN – Page 8 – One News

Notifiki

Għaxar deputati tal-PN jitolbu għar-riżenja ta’ Adrian Delia minn kap

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia affaċċja aktar talbiet għar-riżenja tiegħu waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tat-Tlieta filgħaxija. Laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames sigħat.

Is-sit elettroniku tal-gazzetta MaltaToday irrapporta kif aktar minn għaxar Membri Parlamentari Nazzjonalisti talbu għar-riżenja ta’ Delia, jew li tal-anqas jitlob għal vot ta’ fiduċja fil-Kunsill Ġenerali. L-artiklu jżid jgħid li dan jikkontradixxi dikjarazzjoni ta’ Delia stess li m’hemmx talbiet biex hu jwarrab mill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Portelli jattakka lid-Deputati tal-fazzjoni ta’ Busuttil

Il-Kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli infexx jattakka lid-Deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busutti. Waqt programm li għandu kuljum fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista tal-analiżi tal-ġurnali, Pierre Portelli attakka lid-Deputati Nazzjonalisti tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil talli skontu illikjaw l-informazzjoni ta’ x’ingħad waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista lill-midja.

Huwa qal li “The Malta Independent jagħtina storja ta’ dak li ġara fil-grupp tal-Partit Nazzjonalista. Kollox illikjat mid-Deputati Nazzjonalisti u jgħidu li l-maġġoranza tal-MPs jgħidu li ‘Delia must go'”. Aqra aktar

FILMAT: Jiżvela b’mod dirett li waqaf minn fuq il-midja tal-PN minħabba Pierre Portelli

Il-Preżentatur Andrew Attard twaqqaf milli jxandar fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista wara 21 sena. Kien il-Kap Eżekuttiv tal-Midja Nazzjonalista Pierre Portelli, li waqqaf lil Andrew Attard, magħruf bħal Indri, milli jxandar fuq l-istazzjon radjufoniku tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-aħħar programm tiegħu nhar il-Ġimgħa li għadda fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, Attard ikkomunika din l-aħbar mas-semmiegħa tiegħu b’mod dirett.Aqra aktar

Arrigo jgħid li Debono qed iwaqqa’ l-PN fil-baxx

Il-Kordinatur Politiku tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono qiegħed iwaqqa’ lill-Partit Nazzjonalista fil-baxx. Hekk iddikjara l-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo. Arrigo għamel din id-dikjarazzjoni iebsa fuq il-profil ta’ Facebook ta’ Maria Portelli li ikkontestat l-elezzjoni ġenerali fuq id-distrett ta’ Għawdex.

Il-ġimgħa li għaddiet is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli kellem lil Portelli sabiex iħeġġiġha tieħu s-siġġu parlamentari flok David Stellini, li irrizenja mill-Parlament. Dan minħabba l-fatt li l-fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma riditx lil Kevin Cutajar jiġi elett fil-Parlament.

Maria Portelli ħarġet tappoġġja lil Kevin Cutajar u weġibha Robert Arrigo.

Huwa kiteb – Hekk hu ġust u xieraq. Qatt u qatt ma kellna ninżlu baxx daqshekk minħabba Jean Pierre Debono. Il-battibekk bejn Arrigo u Jean Pierre Debono ilu għaddej aktar minn ġimgħa.
Il-ġimgħa li għaddiet f’botta diretta lejn Jean Pierre Debono Arrigo għalaq billi talab għar-riżenja ta’ dak li ddeskriva bħala “xitan”. Aktar kmieni matul il-jum Arrigo saħansitra qabbel lil Jean Pierre Debono u lil martu Kristy Debono ma’ lpup.

Puli jattakka lil Busuttil b’Marlene – daħħalitna l-lifa f’ħobbitna

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli ħareġ jattakka lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, li meta kien Kap tal-partit għamel koalizzjoni ma’ Marlene Farrugia. Puli xerred filmat ta’ Marlene Farrugia fuq l-ispalla tgħid kliem dispreġjattiv dwar il-Partit Nazzjonalista. Dan wassal biex Clyde Puli jattakka lil min iddeċieda li jġib lil Marlene Farrugia fil-Partit Nazzjonalista. Botta diretta lejn Simon Busuttil.Aqra aktar

Puli u Casa f’konfront dirett

Konfront dirett u jaħraq fil-laqgħa tal-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kien dak bejn l-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli.

Casa huwa urtat għax ma tħallix Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew u postu ħaditu Roberta Metsola. Casa jidher li ħalef li lit-tmexxija u l-grupp ta’ Delia ma jagħtihomx nifs.  Fil-fatt fil-laqgħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista dwar it-telfa ta’ Mejju li għadda Casa allega li t-tmexxija ma riditux elett.Aqra aktar

Mill-grupp tal-PN: Said urtat b’Mifsud Bonnici

Fost l-argumenti li qamu f’laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li saret ilbieraħ reġa’ kien hemm ieħor ma’ Chris Said. Id-Deputat Għawdxi li fl-aħħar ġimgħat kien iebes fi kliemu kontra l-Kap Adrian Delia jidher li kien imwarrab meta l-PN ġie biex jieħu l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emendi fuq il-ħatra tal-Avukat Ġenerali. Saħansitra, Chris Said qal li jħossu mweġġa’ bil-fatt li kien injorat u l-anqas ikkonsultat dwar x’pożizzjoni għandu jieħu l-Partit Nazzjonalista fuq il-bidliet li qed jipproponi l-Gvern.

Fil-fatt, f’isem il-PN fil-Parlament, tkellem fit-tul Carm Mifsud Bonnici, eks Ministru tal-Ġustizzja li llum huwa l-kelliem ewlieni għall-Affarijiet Barranin. Mifusd Bonnici huwa qrib ħafna ta’ Adrian Delia u kien il-bniedem li ġie kkonsultat meta Delia keċċa għal ftit żmien lil Simon Busuttil mill-grupp parlamentari.

Fil-fatt fil-Parlament kien l-istess Mifsud Bonnici li tkellem fit-tul u ħabbar li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tivvota kontra minkejja li Chris Said huwa r-rappreżentant tal-PN fuq kumitat għall-bidliet tal-kostituzzjoni.
Dan kien biss battibekk wieħed minn laqgħat li tant kienet taħraq li kellha tiġi aġġoranta għal lum. Bl-aħbar ewlenija tkun li din kienet laqgħa inkonklussiva li li ma waslet għal imkien.

Delia jrid ineħħi lil Puli minn Segretarju Ġenerali

F’mument li l-Partit Nazzjonalista ġarrab l-ikbar telfa fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, fejn saħansitra tilef it-tielet s-siġġu, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma jridx aktar lil Clyde Puli fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali.

Waqt il-programm Dissett, Adrian Delia qal li ma jridx lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jkun ukoll Deputat elett fil-Parlament. Dikjarazzjoni li bosta interpretawha li Delia se jibda b’manuvra sabiex iwarrab lil Clyde Puli minn Segretarju Ġenerali wara l-akbar telfa elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Send this to a friend