PN – Page 61 – One News

Notifiki

PN fil-Gvern “MA JAGĦTIX KAS IL-KUNTRATT MAL-ELECTROGAS”

Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil jipperikoli bi sħiħ l-istabbiltà fil-prezzijiet tad-dawl u l-ilma. Bl-iktar mod ċar il-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu qal li l-PN fil-Gvern “ma jagħtix kas il-kuntratt li għamlu mal-Electrogas”.

L-istess kap ta’ partit li qal li t-traħħis fil-kontijiet qatt ma kien possibbli, issa insista li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kellhom jorħsu iżjed. Iżjed minn hekk, qal li kien Gvern Nazzjonalista li bena l-infrastruttura biex illum dan il-Gvern qed iwettaq il-pjan tiegħu tal-enerġija. Busuttil preżenta lista twila ta’ ċifri u figuri li jemmen li bihom, il-kontijiet li qatt ma’ raħsu fi kwart ta’ seklu, issa għandhom jibdew jorħsu.

Aqra aktar

ARA L-FILMAT: la jxaqilbu naħa, u l-anqas oħra…Busuttil jibqa’ jiddefendi

Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qed jiqba’ ma jieħux azzjoni fil-konfront ta’ Beppe Fenech Adami, li ismu tfaċċa’ f’investigazzjonijiet b’rabta ma ħasil ta’ flus ġejjin minn traffikar ta’ drogi.

Ma ħa ebda azzjoni wkoll fuq Tonio Fenech, direttur ta’ fond investigat fl-Iżvezja .

Biex tara kif irreaġixxew membri Parlamentari Nazzjonalisti lbieraħ, ara dan il-filmat.

Aqra aktar

“Partit iffokat li jopponi kollox u f’kull ħin” – il-Ministeru għas-Saħħa

Iffaċċjata bil-kuntratti  ta’ bejn il-Gvern u VGH, għal darb’oħra l-Oppożizzjoni qed tkun negattiva u minflok tagħraf il-ġid kbir li minnu ser igawdu pazjenti Għawdxin u Maltin b’dan l-akbar investiment fil-qasam tas-saħħa, qiegħda tisforza biex issib kritika superfiċjali.

Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa qal li l-kuntratti li l-Gvern ippublika lbieraħ iġibu fix-xejn l-attakk tal-Oppożizzjoni għax juru kif is-servizz tas-saħħa se jibqa’ bla ħlas għall-Maltin u Għawdxin, waqt li d-drittijiet tal-ħaddiema se jibqgħu jiġu mħarsa, dan waqt li l-investitur privat se jagħmel investiment kapitali ta’ ‘l fuq minn 200 miljun ewro għas-spiża tiegħu.

“Jidher ċar li l-Partit Nazzjonalista huwa iffokat li jopponi kollox u f’kull ħin, u li ma jridx jara investiment f’pajjiżna, investiment li fl-aħħar mill-aħħar ikun ifisser  servizz tas-saħħa aħjar” temm jgħid il-Ministeru.

 

 

Il-każ fejn jissemma’ Beppe Fenech Adami fil-Greċja

Il-każ ta’ allegat ħasil ta’ flus li jinvolvi investigazzjoni internazzjonali u li fih tfaċċa isem Beppe Fenech Adami spiċċa fil-faċċata ta’ gazzetti fil-Greċja.

Bit-titlu tal-gazzetta Dimokratia jgħid “Skandlu f’Malta b’ħasil ta’ miljuni li għaddew mill-Greċja.”

Il-gazzetta Griega tinnota kif il-Bank Grieg għandu ma ‘investigax it-tranżazzjonijiet suspettużi bejn ‘stockbrokers’ fil-Greċja u politiċi f’Malta.

Peró tirrapporta li għaddejja investigazzjoni minn entitajiet internazzjonali u l-midja Griega tgħid li għad mhemmx idea ċara ta’ kemm kien il-kapital f’miljuni ta’ ewro li mexa f’dan il-każ.

Aqra aktar

L-ebda tarf għall-politika tal-PN

Jagħmel x’jagħmel dan il-Gvern, għall-oppożizzjoni xejn m’hu tajjeb. Oppożizzjoni li lanqas hi stess ma taf x’inhi d-direzzjoni politika li qed tieħu.  Fl-istess grupp issib min jgħid ħaġa u fl-istess ħin min jġhid ohra. Hekk ġara dwar il-privatizazzjoni ta’ l-Air Malta.  Busuttil qal ħaġa u Claudio Grech qal oħra.  Wiehed jgħid mod u sħabu jgħidu mod iehor.  Każ ċar li tal-PN ma jafux x’iridu.

Il-verità hija li dak li wettaq il-Gvern f’dawn l-aħħar tliet snin, l-Oppożizzjoni ma stennietu qatt u qatt.  L-oppożizzjoni ħasbet li dan il-Gvern mhux ser jirnexxi u ħasbet li bl-istess uċuh u bl-istess arroganza, kienet ser terġa’ tkun fil-Gvern mingħajr sforzi ta’ xejn.

Dan kollu iżda malajr sfaxxalhom fix-xejn u f’daqqa waħda pajjiżna sab oppożizzjoni maqbuda bla viżjoni, bla politika li twettaq u bla appoġġ mil-partitarji taġħha stess.  Aktar ma dan il-Gvern beda juri kemm verament kellu pjan għal pajjiżna, aktar bdejna naraw l-oppożizzjoni tiġi darha mal hajt.

Aqra aktar

Tliet Imħallfin se jmexxu l-inkjesta li ħatar il-Prim Ministru

 Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar it-tliet imħallfin li se jmexxu l-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet serji ppubblikati f’gazzetta indipendenti dwar “Money laundering investigation was not persued when Fenech Adami’s name cropped up”.

L-Imħallef Emeritu Joseph D. Camilleri se jkun iċ-Chairman ta’ din l-inkjesta, waqt li l-Imħallfin Emeriti Lawrence Quintano u Philip Sciberras se jkunu membri ta’ din l-inkjesta li trid titlesta sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Jannar, 2017.

L-allegazzjonijiet li se jiġu investigati huma li l-awtoritajiet pubbliċi Maltin naqsu milli jikkoperaw u żammew mill-awtoritajiet Olandiżi informazzjoni li kienet fil-pussess tagħhom, u li ġiet mitluba lilhom mill-awtoritajiet Olandiżi b’rabta ma’ ħasil ta’ flus b’konnessjoni mad-drogi.

Aqra aktar

Simon Busuttil irid ikeċċi lill-ħaddiema tal-Gvern

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u mid-Deputat Laburista Silvio Schembri ntqal kif il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fid-dokument ta’ qabel il-baġit, qed jgħid li se jkeċċi lill-ħaddiema tal-Gvern u jipprivatizza lis-settur pubbliku f’dak li sejjaħ bħala non-core services.
Aqra aktar

Simon Busuttil tant kemm hu negattiv li għalih kollox devjazzjoni ,anke l-baġit

Dalgħodu Simon Busuttil qal li l-baġit li ġej li ser jqassam il-ġid li pajjizna b’suċċess qed joħloq, huwa devjazzjoni.

Fi stqarria l-Partit Laburista nnota li bl-istess mod, Busuttil qal li hu wkoll devjazzjoni l-każ li ħareġ fuq il-Malta Today  li fih jissemma Beppe Fenech Adami.

Simon Busuttil għal darb’oħra qed ikun negattiv, din id-darba fuq baġit li għadu lanqas biss tħabbru l-miżuri tiegħu.

Dan juri kemm Simon Busuttil hu bitter  u  maqtugħ min-nies, magħluq fl-establishment politiku tiegħu u ma jistax ikun jaf x’inhuma l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja tan-nies u li ser jiġu indirizzati fil-baġit li ġej.

 

 

Simon Busuttil: no comment

Ebda kumment minn naħa ta’ Simon Busuttil dwar il-fatt li l-Viċi Kap tiegħu jissemma’ f’investigazzjoni dwar każ b’xamma kbira ta’ ħasil ta’ flus, li ma kinitx segwita sal-aħħar mill-awtoritajiet Maltin. Din tidher li ġrat wara li fil-każ tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, dak iż-żmien Assistant Parlamentari fil-Ministeru tal-Intern.

L-investigazzjoni tmur lura għal qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, kif irrapportat dalgħodu.

Affaċjat mill-mezzi tax-xandir, Busuttil baqa’ għaddej żiffa, mingħajr ma lissen kelma. Fid-diskors tiegħu waqt attività politika, sejjaħ lill-istorja ‘devjazzjoni’ – reazzjoni li l-Partit Laburista sejħilha inkwetanti.

Aqra aktar

Send this to a friend