PN – Page 6 – One News

Notifiki

Il-Kunsill ta’ Delia jikkundanna lin-nies ta’ Busuttil

Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista kkundanna ‘l dawk li qegħdin jattakkaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
B’referenza ċara għall-esponenti qrib ta’ Simon Busuttil, l-Erbgħa filgħaxija, is-Segretarju Ġenerali, Clyde Puli ħareġ jaqra stqarrija bl-eżitu ta’ laqgħa li ħadet aktar minn erba’ sigħat.

“Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ llum u b’mod unanimu ddikjara l-fiduċja u l-appoġġ tiegħu lilll-kap tal-partit Dr Adrian Delia filwaqt li kkundanna bl-aktar mod kategoriku l-attakki kkordinati u malizzjużi li qed isiru kontra tiegħu u kontra l-partit.”
Il-Kunsill Amministrattiv huwa magħmul minn ċirku ta’ nies qrib ħafna ta’ Adrian Delia. L-istess nies li ftit tax-xhur ilu vvutaw biex jeliminaw lil Simon Busuttil wara li ġiet iċċertifika l-gidba Egrant. Wara l-vot, Puli ddikjara wkoll li kollox jinsab buisness as usual.

Minkejja din id-dikjarazzjoni, meta kien mistoqsi dwar data li fiha kien se jitlaqqa’ l-grupp parlamentari Nazzjonalista, li jinsab maqsum, il-Kap Adrian Delia ma tax data oħra.
Aqra aktar

PN LEAKS: Thake tkeċċiet talli kitbet kontra Delia

Fl-aħħar sigħat komplew jaslu f’idejn ONE News aktar messaġġi li ġew illikjati minn gruppi ta’ Whats App tal-Partit Nazzjonalista.

Din id-darba ONE News jista’ jiżvela messaġġi li ġew illikjati mill-grupp “Kap Retweeters”. Kif jixhed l-isem tal-grupp, il-grupp jintuża minn dawk il-persuni qrib l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, sabiex ixerrdu propaganda tal-Kap.Aqra aktar

Delia jkompli jibża’ jlaqqa’ lid-Deputati tal-PN

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex mifrud u l-firda fil-partit hija biss perċezzjoni.

Delia qal dan f’intervista fuq ir-Radju tal-Knisja wara li tmint ijiem ilu bagħat messaġġ lill-membri tal-Kunsill Amministrattiv, jiddikjara gwerra u qal li lest għal kull konfrontazzjoni ma’ dawk li sejjaħ bħala tradituri fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

ARA: Niżvelaw messaġġ minn grupp tal-PN

ONE News jista’ jiżvela messaġġi llikjati minn grupp chat tal-Partit Nazzjonalista bl-isem “PN Ċentrali Fundraising”, li jintuża biex jiġu kkordinati attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-Partit Nazzjonalista. Wara ir-rally tal-attivisti, li skont il-fazzjoni ta’ Busuttil m’attendewx għalih aktar mitejn attivist, il-Viċi Kap Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo, kien kostrett iqaċċat ’il barra minn din ic-chat nies li huma qrib il-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil. Dan għax deherlu li kienu huma li llijkjawlu l-informazzjoni mill-grupp.Aqra aktar

Delia jibża’ jlaqqa’ d-Deputati Nazzjonalisti

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia naqas milli jsejjaħ l-laqgħa tal-Grupp Parlamentari, minkejja li t-Tnejn jerġa’ jiftaħ il-Parlament, wara l-btajjel tal-Milied. Irrappurtat dan it-Times of Malta, li kompliet tikteb dwar il-pressjoni li qiegħed jaffaċċja Delia sabiex jirriżenja minn Kap tal-Partit għax m’għandux appoġġ u qiegħed jibża’ jiltaqa’ mad-deputati Nazzjonlisti.

Wieħed mid-deputati Nazzjonalisti qal lit-Times li minkejja li fil-Parlament se jiddiskutu leġislazzjonijiet importanti u hemm bżonn li jieħdu pożizzjoni dwarhom, il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista ma tlaqqax.Aqra aktar

Pierre Portelli jattakka l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil

Bl-aktar mod skjett, waqt intervista fuq il-programm XTRA, il- Kap tal-Media tal-Partit Nazzjonalista u l-id il-leminija tal-Kap Adrian Delia, Pierre Portelli, iddikjara li ċerti politiċi kienu jħossuhom komdi jinħbew wara l-blog ta’ Daphne Caruana Galizia. Caruana Galizia, bl-assistenza ta’ Simon Busuttil kienet ħaditha qatta bla ħabel kontra Adrian Delia meta ppubblikat diversi stejjer dwar l-allegat passat ikkulurit ta’ Adrian Delia.Aqra aktar

Send this to a friend