PN – Page 59 – One News

Notifiki

L-għada tal-istħarriġ… iktar pressjoni fuq Busuttil

L-għada li żewġ stħarriġ tal-opinjoni pubblika taw l-istess riżultat negattiv għall-Kap tal-Oppożizzjoni kompliet tiżdied il-pressjoni fuq Simon Busuttil, b’wieħed mill-awturi tar-rapport tat-telfa tal-PN jikteb: “Nagħmel imħatra li fl-elezzjoni li ġejja l-Partit Nazzjonalista ma jġibx l-istess ammont ta’ voti li fl-2013 ġab b’Gonzi fit-tmexxija. Se jġib inqas.”

Simon Mercieca kiteb dan f’The Malta Indpendent fejn qal li t-tim li Simon Busuttil għandu madwaru jispjega b’mod tajjeb ħafna għaliex il-PN “huwa destinat li jitlef l-elezzjoni li jmiss.”

Għal darb oħra Mercieca jagħmel analiżi ideoloġika u saħansitra jgħid li din hi xi ħaġa li xtaq jagħmel mar-rapport tat-telfa iżda li ma kienx inkluż fir-rapport tat-telfa. Biex ir-rapport dwar hekk ippreżentah hu u issa beħsiebu jippubblikah fi żmien li ġej. Riflessjonijiet fl-editorja Anke l-editorjal ta’ The Malta Independent analizza l-istħarriġ ippubblikati ilbieraħ u nnota kif kemm tagħhom u kemm tal-Maltatoday taw l-istess riżultat.

Aqra aktar

Busuttil imeri l-istħarriġ u jagħmel l-arja bi Trump

L-Oppożizzjoni tibqa’ negattiva u tikkonferma li tirrappreżenta l-establishment u l-istatus quo. Simon Busuttil għażel li jaħrab ir-realtà u li jgħid lin-nies li l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika jkun żbaljat u li għandhom joqogħdu attenti minn din l-istatistika. Dan hekk kif fil-gazzetti tal-Ħadd kienu ppubblikati żewġ stħarriġ tal-opinjoni pubblika li t-tnejn poġġew lill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Partit Laburista fuq quddiem mal-elettorat.
Aqra aktar

L-Oppożizzjoni tinsisti fil-gideb

Il-Gvern jinnota li l-Oppożizzjoni qed tagħmel aħbar mill-ispekulazzjoni, anke wara li l-Ministru għat-Turiżmu u ċ-Chairperson tal-Air Malta lbieraħ ikkonfermaw li l-istorja li ġiet ippubblikata mhix minnha.
Aqra aktar

Il-Gvern jirrifjuta l-istqarrija miżinfurmata tal-Oppożizzjoni

Iz-zjara tal-Prim Ministru fl-Istati Uniti kienet iffukata fuq li jinġab aktar xogħol lejn pajjiżna u investiment ġdid għal pajjiżna f’oqsma ġodda tal-ekonomija bħal ma huma servizzi Fintech, kumpaniji ta’ assikurazzjoni, prospetti ta’ banek ġodda f’Malta u anke servizzi innovattivi f’oqsma diversi ta’ servizzi finanzjarji.

Aqra aktar

Evarist Bartolo: L-Oppożizzjoni għandha tirraġuna ftit aktar

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo ssuġġerixxa li l-Oppożizzjoni għandha tirraġuna ftit aktar.

Dan meta għalaq id-dibattitu fit-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ilsien Malti, il-Ministru Bartolo kellu kliem iebes għax-Shadow Minister George Pullicino u l-membru Karl Gouder li ssuġġerew li l-emendi li kien qed iressaq il-gvern kien qed jindaħal fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti billi jżid in-numru ta’ membri biex jingħata rikonoxximent u jiġu nklużi entitajiet u għaqdiet li qed jagħtu kontribut lill-ilsien Malti bil-ħidma tagħhom kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Aqra aktar

“Tħassibni u tinkwetani!” – kliem Gejtu Vella fuq l-inkosistenza ta’ Simon Busuttil

F’temp ta’ ftit jiem Simon Busuttil għamel U-turn fejn jidħlu l-ħsibijiet tiegħu dwar il-paga minima. Filli jgħid li ma jemminx li din għandha tiżdied, u filli, għax il-Prim Ministru qal li jeħtieġ djalogu studjat, biddel il-verżjoni.

Staqsejna lil Gejtu Vella, eks Segretarju Ġenerali tal-UĦM u kandidat tal-Partit Nazzjonalista, jekk din tħassbux. Wara mumenti fejn evita li jwieġeb b’mod dirett, fl-aħħar kellu jammetti li anke lilu tinkwetaħ li kwistjoni daqtant importanti qed tkun indirizzata b’nuqqas ta’ viżjoni ċara jew kjarezza.

Aqra aktar

Send this to a friend