PN – Page 56 – One News

Notifiki

Kien wiegħed l-istess skema fl-aħħar manifest tal-PN

Dan l-aħħar ilna nisimghu lil Simon Busuttil jikkritika l-community work scheme, skema li tgħin lil dawk lill-ħaddiema li ilhom fuq ir-reġistru tax-xogħol. Li ma qalx sa issa Simon Busuttil hu li bħala l-awtur tal-manifest elettorali tal-aħħar elezzjoni ġenerali, kien wieġħed li jestendi din l-iskema.
Aqra aktar

ENERĠIJA: Spjegata d-differenza bejn il-pjan tal-Gvern u dak tal-PN

Dan il-filmat jispjega d-differenza bejn il-pjan tal-Gvern fis-settur tal-enerġija u dak li jemmen fih il-Partit Nazzjonalista.

Il-qalba għall-gass, tfisser arja aktar nadifa, hekk kif se jonqsu l-emissjonijiet b’ 50%, it-trab iswed fl-arja se jonqos b’90% u se titwaqqgħa ċ-ċumnija ta’ Delimara.

Iżda Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista tenna bosta drabi li din il-powerstation m’għandniex bżonnha u li huwa kontra l-pjan ta’enerġija u favur l-aktar żejt li jniġġeż, il-heavy fuel oil.
Aqra aktar

Busuttil jisfida ma’ Azzopardi… jerġa’ jfittex konfront

Ix-Shadow Minister Jason Azzopardi ikkonferma lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti li mhux lest jirtira l-kliem “Owen Bonnici jinqabad jigdeb lill-Parlament”. Għalhekk l-Ispeaker Anġlu Farrugia se jgħaddi l-każ lill-Kumitat tal-Privileġġi.

Mhux talli hekk, talli l-Kap tal-Oppożizzjoni talab lill-Ispeaker li r-ruling kontra Azzopardi kellu japplikah ukoll lilu. Simon Busuttil kompla jżid mal-allegazzjonijiet li ma ngħatax raġun tagħhom Azzopardi, billi qal li l-Ministru Bonnici qed jipprova jagħmel sarima lill-Oppożizzjoni. Il-Ministru Bonnici ċaħad dan u qal li s-sarima ipprova jagħmilha Azzopardi meta fl-2010 qajjem każ taż ksur ta’ privileġġ kontra ġurnalista.

Aqra aktar

Jason u l-kangaroo: każ ta’ double standards

Għal Jason Azzopardi, meta Membru Parlamentari isejjaħ ruling tal-Ispeaker fil-Kamra tar-Rappreżentanti u juża proċeduri ta’ ksur ta’ privileġġ, ikun qed “juża l-Parlament bħala kangaroo court“.

Dan kitbu fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, wara li l-ispeaker Anġlu Farrugia ta raġun lill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici li qajjem ksur ta’ privileġġ fil-konfront ta’ Azzopardi.

Azzopardi qal li l-Ministru Owen Bonnici gideb meta xehed quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi dwar il-kuntratt bejn il-Gvern u Henley & Partners b’rabta mal-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment.

Kumment li oġġezzjona għalih bil-qawwi l-Ministru Bonnici, tant li f’ruling studjat l-ispeaker Farrugia qal li mix-xhieda li ra ma rriżultax li Bonnici gideb quddiem il-kumitat tal-kamra tar-rappreżentanti.

Aqra aktar

Konferenza waħda, żewġ messaġġi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jakkuża lill-Ministru tal-Edukazzjoni li żgwida l-Kamra tad-Deputati meta fil-Parlament fisser kif l-iskema tal-Community Work Scheme hija simili għal skema li nieda l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar amministrazzjoni.

Xi ħaġa li saħansitra kkonferma l-Eks Ministru Carm Mifsud Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni llum.

Aqra aktar

Xenata fil-Parlament

L-iSpeaker Anġlu Farrugia lbieraħ filgħaxija lmenta minn dak li sejjaħ “il-mod lakoniku” li ċerti dikjarazzjonijiet isiru u ġibed l-attenzjoni ta’ kulħadd għal riġidità u attenzjoni fil-kliem li jintuża ħali ma jinqalgħux malinitiżi imma iżjed u iżjed ħalli ma tingħatax l-impressjoni – anke jekk żbaljata – li l-persuna tkun qed tiżvija l-Kamra.

Farrugia kien qed jagħti ruling mitlub mill-Ministru Evarist Bartolo wara xenata li instiga bi kliemu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Fil-ħin tal-mistoqsijiet, Busuttil għoġbu jakkuża lill-Ministru li qed jiżgwida lill-Kamra dwar l-iskema ta’ taħriġ tal-ħaddiema mill-General Workers’ Union. Busuttil insista li l-Ministru qed iqabbel skema ma’ skema oħra ta’ żmien amministrazzjoni Nazzjonalista li hija differenti minn dik ta’ qabilha. Busuttil saħansitra wasal jgħid li l-iskema tal-Ministru Bartolo ħolqot “prekarjat oxxen”.

Il-Ministru Bartolo qal li huwa jirrifuta l-akkuża u ma kienx se jwieġbu. Qal li Busuttil kien qed jgħid li huwa għal ta l-apposta kien qed jiżgwida u jqarraq bil-Kamra, li hija akkuża serja ħafna. Il-Ministru Bartolo qal li “jirrifjuta l-ħafna gideb li Busuttil jgħid kontra tiegħu barra l-Kamra”.

Aqra aktar

L-arroganza li qatt ma telqet u donnha se tibqa’ hemm

Ħafna nies jiftakru l-arroganza grassa tal-aħħar Amministrazzjoni Nazzjonalista. Amministrazzjoni Nazzjonalista li ma kinitx biss sfiduċjata fil-Parlament, iżda aktar minn hekk sfiduċjata mill-poplu sħiħ fl-elezzjoni ta’ Marzu 2013, sfiduċjata b’mod qawwi ħafna.

Iżda wħud jinsew dak li ġara wara. Għax jiftakru fl-elezzjoni li semmejt aktar ‘l fuq biss, u mhux dawk li ġew wara.Għalija dawk li ġew wara għandhom sinifikat aktar.Wara Marzu 2013 kien hemm żewġ elezzjonijiet oħra li kienu fl-istess marġini ta’ voti tal-2013. Rizultati li ma jistgħux jittieħdu għalihom waħidhom, iżda għandhom jitpoġġew f’kuntest li n-nies baqgħu jivvutaw kontra l-arroganza, arroganza li minkejja tliet telfiet elettorali wara xulxin, għadha hemm sal-llum.
Aqra aktar

Il-GWU dispjaċuta li l-PN qed jużha għal skopijiet ta’ politika partiġġjana

Il-General Workers’ Union iddispjaċieha għal mod ta’ kif il-Partit Nazzjonalista qed jieħu kull okkażjoni biex jattakka lill-GWU bl-iskop li jiprova jirbaħ vantaġġ politiku partiġjan.

Fi stqarrija l-GWU spjegat li wħud mill-istess nies li qed jikkritikaw l-iskema kienu jew parti mill-kabinet jew involuti fis-servizz pubbliku meta skema simili kienet imħaddma bil-prekarjat fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista.
Aqra aktar

Send this to a friend