PN – Page 5 – One News

Notifiki

Il-PL jilqa’ l-qbil tal-PN mar-reklamazzjoni tal-art

Il-Partit Laburista jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar ir-reklamazzjoni tal-art. F’konferenza tal-aħbarijiet intqal li l-Partit Nazzjonalista huwa favur il-kunċett ta’ reklamazzjoni tal-art. Din id-dikjarazzjoni hi pass ‘il quddiem għax dan ifisser li hekk fil-pajjiż jeżisti kunsens wiesgħa dwar kwistjoni tal-ikbar importanza.

Aqra aktar

Ikompli d-diżgwid fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar

Diżgwid bejn is-Sindku Nazzjonalista ta’ San Pawl il-Baħar Anne Fenech u l-Kunsilliera Nazzjonalista Antoinette Bezzina wasal sabiex il-laqgħa tal-Kunsill tieqaf ħesrem u tiġi sospiza.

It-tnejn fil-17:30, saret l-ewwel l-laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għal din is-sena l-ġdida, li mill-ewwel bdiet fuq nota ħazina. Ftit minuti wara li bdiet il-laqgħa, il-Kunsilliera nazzjonalista Antoinette Bezzina qajmet Point of Order fuq kantun li hemm fit-triq tagħha u għadu ma tranġax.

Bezzina bdiet tisaqsi lis-Sindku u tisaqsiha meta se jitneħħa dan il-kantun. Bil-kunsilliera Nazzjonalista qabdet u telqet ‘il barra mil-laqgħa tal-Kunsilli. Dan wassal biex l-laqgħa tal-Kunsill Lokali tieqaf ħesrem minħabba li ma kienx hemm kworum.Aqra aktar

Aktar messaġġi illikjati mill-grupp tal-PN

Mill-grupp ta’ Whats App tal-Partit Nazzjonalista “Kap Retweeters” ġew illikjati aktar messaġġi li jinsabu f’idejn One News. Messaġġ minnhom f’dan il-grupp, huwa dak ta’ bejn il-Viċi Kap Nazzjonalista u l-esponent nazzjonalista Pierre Portelli. Bil-messaġġ tiegħu Portelli deher jattakka lill-esponenti u d-deputati nazzjonalisti qrib il-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.Aqra aktar

“Il-PN jitfa’ l-piż fuq il-poplu”- il-PL

Għall-Partit Nazzjonalista s-soluzzjoni b’rabta mat-talbiet għas-sidien tal-pompi tal-petrol hi dak li jaqbad jaċċetta talba li permezz tagħha jogħla l-prezz tal-fuel għall-familji u negozji.  Fi stqarrija, il-Partit Laburista fakkar kif tul l-aħħar snin il-gvern ħaddem politika li waslet biex Malta llum għandha prezzijiet tal-fuel orħos mill-medja Ewropea. Kuntrast ma’ żminijiet il-gvernijiet Nazzjonalisti.Aqra aktar

“Il-PN mhux kredibbli jitkellem fuq il-valur tal-art pubblika”- il-PL

Il-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli li jitkellem fuq il-valur tal-art pubblika. Sostna dan il-Partit Laburista b’reazzjoni għal akkużi li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista dwar proċess li għaddej dwar art li se tintuża għal investiment turistiku.

Il-Partit Laburista nnota li l-ġimgħa li għaddiet, il-Qorti kkonfermat ir-responsabbilità tad-deputat Jason Azzopardi fl-iskandlu tal-art tal-Löwenbräu.  Fejn l-uniku tellief fid-deal tal-art kien il-poplu Malti.Aqra aktar

Send this to a friend