PN – Page 3 – One News

Notifiki

Eks kandidat tal-PN jgħid li Delia għandu jitlaq

Adrian Delia m’għandux il-kwalitajiet la biex imexxi l-Partit Nazzjonalista u wisq aktar biex imexxi lill-pajjiżna. Hekk iddikjara l-eks kandidat nazzjonalista Kevin Cassar, li huwa miżżewweġ lil oħt id-deputat nazzjonalista Beppe Fenech Adami. Cassar qal li Delia ma jistax iwaħħal fil-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil, imma l-ħtija hija kollha tiegħu minħabba t-tmexxija ħazina tiegħu.

F’artiklu fuq The Times of Malta taħt it-titlu, Why Delia must go – and why he won’t, il-kirurgu Kevin Cassar, qal li Delia għandu allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu fosthom li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni. Qal li dan id-dell ikrah fuq Delia kisser il-valuri, il-prinċipji u l-integrità li kien ilu jaħdem għalihom l-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Għaxar deputati tal-PN jitolbu għar-riżenja ta’ Adrian Delia minn kap

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia affaċċja aktar talbiet għar-riżenja tiegħu waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tat-Tlieta filgħaxija. Laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames sigħat.

Is-sit elettroniku tal-gazzetta MaltaToday irrapporta kif aktar minn għaxar Membri Parlamentari Nazzjonalisti talbu għar-riżenja ta’ Delia, jew li tal-anqas jitlob għal vot ta’ fiduċja fil-Kunsill Ġenerali. L-artiklu jżid jgħid li dan jikkontradixxi dikjarazzjoni ta’ Delia stess li m’hemmx talbiet biex hu jwarrab mill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Portelli jattakka lid-Deputati tal-fazzjoni ta’ Busuttil

Il-Kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli infexx jattakka lid-Deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busutti. Waqt programm li għandu kuljum fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista tal-analiżi tal-ġurnali, Pierre Portelli attakka lid-Deputati Nazzjonalisti tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil talli skontu illikjaw l-informazzjoni ta’ x’ingħad waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista lill-midja.

Huwa qal li “The Malta Independent jagħtina storja ta’ dak li ġara fil-grupp tal-Partit Nazzjonalista. Kollox illikjat mid-Deputati Nazzjonalisti u jgħidu li l-maġġoranza tal-MPs jgħidu li ‘Delia must go'”. Aqra aktar

FILMAT: Jiżvela b’mod dirett li waqaf minn fuq il-midja tal-PN minħabba Pierre Portelli

Il-Preżentatur Andrew Attard twaqqaf milli jxandar fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista wara 21 sena. Kien il-Kap Eżekuttiv tal-Midja Nazzjonalista Pierre Portelli, li waqqaf lil Andrew Attard, magħruf bħal Indri, milli jxandar fuq l-istazzjon radjufoniku tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-aħħar programm tiegħu nhar il-Ġimgħa li għadda fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, Attard ikkomunika din l-aħbar mas-semmiegħa tiegħu b’mod dirett.Aqra aktar

Send this to a friend