PN | One News

ARA: Pressjoni kbira bejn il-Captain u l-Coach

L-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, l-aktar is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u l-Kap tal-Midja tal-Partit Pierre Portelli spiċċaw fil-mira ta’ kritika qawwija mill-għeruq tal-partit fil-bidu tal-kampanja elettorali li l-PN nieda fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn li għadda.

Artiklu li deher fil-gazzetta Kullħadd spjega kif l-attakki kontra Puli u Portelli qegħdin isiru fid-Dar Ċentrali u gruppi magħluqa fuq il-midja soċjali. Puli u Portelli spiċċaw jiddefendu l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, minħabba li huma l-perċimes fit-tfassil tal-kampanja elettorali. Dan filwaqt li d-Deputat Kap għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo ma kellux għażla oħra ħlief li joħroġ għonqu biex jiddefendi, u min-naħa l-oħra biex jikkalma l-irjus tal-għeruq u tat-tesserati tal-Partit li mhux qed jaqblu mal-istrateġija tal-Partit li minnhom Arrigo jrid ikompli jiġbor il-flusAqra aktar

Adrian Delia: “Dawk li jivvutaw lill-PN huma Maltin ta’ vera”

F’ġimgħa oħra kkaraterizzata minn inkwiet intern għall-Partit Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia reġa’ ikkonferma l-qasma fil-partit, riżultat tal-inkompetenza tiegħu li f’sena u seba’ xhur baqa’ ma kienx kapaċi jmexxi u jgħaqqad partit.

Fil-kazin Nazzjonalista tas-Siġġiewi, tkarrab sabiex il-Partit Nazzjonalista jitkellem b’leħen wieħed, dan f’mument fejn il-fazzjoni ta’ Delia ma jarawx għajn m’għajn u ma jikkoperawx mal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.Aqra aktar

Iwaħħlu f’xulxin għall-inkwiet intern fil-PN

Il-qasma kbira li kompliet toħnoq it-tmexxija tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia issa saħansitra wasslet lil dawk l-aktar qrib tiegħu sabiex ifittxu impjiegi alternattivi oħra għal wara Mejju.

Fl-istess ħin, dawk li ġejjin mill-fazzjonijiet opposti u li minn dejjem opponew b’qawwa liema bħalha t-tmexxija ta’ Delia qed iħejju  biex wara dan l-appuntament elettorali li jmiss jkomplu jħarxu l-attakk fil-konfront tal-Kap u n-nies tiegħu.

Dan qalitu l-gazzetta MaltaToday fejn fil-faċċata ta’ quddiem spjegat kif il-laqgħa ta’ bejn Kristy Debono uHerman Schiavone ma’ persuna kkritikata mill-istss partit kompliet twessa’ l-qasma fi ħdan il-Partit Nazzjonalista b’deputati jwaħħlu f’xulxin għall-ġlied intern fl-istess partit. Aqra aktar

“Għall-Partit Nazzjonalista l-Ħelsien ifisser iżolament”- il-PL

Għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Malta ħielsa tfisser Malta iżolata. Dan qalu l-Partit Laburista, li fi stqarrija qal li skont Adrian Delia, għandna niżolaw ruħna u nreġġgħu l-pajjiż lura .

Ikun tajjeb li l-PN jinħeles minn argumenti negattivi li ntużaw mill-Kap ta’ qabel, mingħajr  suċċess, fakkar il-Partit Laburista.

ARA: Delia jgħid li ma jridx is-suċċessi ta’ Joseph Muscat

Is-suċċessi ta’ Joseph Muscat ma rridux u m’għandix bżonnu. Iddikjara dan il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, meta indirizza l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

Il-ħidma li qiegħed iwettaq il-Prim Ministru Joseph Muscat waslet sabiex pajjiżna għandu ekonomija b’saħħitha bil-Kummissjoni Ewropea tiddikjara fl-istess jum li Malta laħqet il-mira tas-suq tax-xogħol u għandha l-inqas rata ta’ nies bla xogħol fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fl-istess waqt il-poplu Malti qiegħed iħallas fost l-irħas tariffi tal-enerġija.Aqra aktar

Trouble

Is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista hija tal-biki mhux biss għall-partitarji li jappoggjawh iżda anki għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Il-fatt li l-Partit mhux kapaċi joffri serħan il-moħħ li kapaċi jkun gvern alternattiv hija ħaga negattiva u kważi ta’ theddida għas- sistema demokratika ta’ pajjiżna – fid-dawl li pajjiżna huwa predominat minn żewg partiti kbar biss.

Aqra aktar

Il-PL jilqa’ l-qbil tal-PN mar-reklamazzjoni tal-art

Il-Partit Laburista jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar ir-reklamazzjoni tal-art. F’konferenza tal-aħbarijiet intqal li l-Partit Nazzjonalista huwa favur il-kunċett ta’ reklamazzjoni tal-art. Din id-dikjarazzjoni hi pass ‘il quddiem għax dan ifisser li hekk fil-pajjiż jeżisti kunsens wiesgħa dwar kwistjoni tal-ikbar importanza.

Aqra aktar

Send this to a friend