PM – Page 6 – One News

Notifiki

Wegħda elettorali oħra mwettqa; ċentru ġdid għaż-żgħażagħ li jiskontaw sentenza ħabs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura ċentru ġdid, magħruf bħala CoRRs għas-servizzi korrettivi għal residenti tfajliet u ġuvintur taħt il-21 sena li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs.

Minkejja li l-fondi Norveġiżi għal dan il-proġett, li jammontaw għal €1.4 miljun, ngħataw fl-2009, kien Gvern Laburista li ħa d-deċizjoni li dan il-proġett jinbeda u fi żmien sena intemm b’suċċess.

Aqra aktar

ARA D-DOKUMENTI: IRID ISIR PM U JIEĦU L-KUNTRATTI TAL-GVERN

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil huwa sid ta’ tlett kumpaniji, li nħolqu biex  jirbaħ kuntratti tal-gvern. Fi-dokumenti uffiċjali tal-kumpanija  jingħad li jeżistu wkoll biex jieħdu l-commissions u s-senseriji.

Busuttil mhux biss kien azzjonist ta’ GS Limited, GS Services Limited u Mediterranean Waste Services Limited, u allura jieħu l-qliegħ minnhom, iżda kien anka direttur tagħhom sal-2013.

Dan ifisser li fl-istess żmien meta Simon Busuttil kien Membru Parlamentari Ewropew, delegat speċjali ta’ Lawrence Gonzi u saħansitra Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista – kollha pożizzjonijiet ta’ poter u li kellhom influwenza kbira fuq id-deċizjonijiet tal-gvern, Simon Busuttil kien imexxi ukoll dawn il-kumpaniji privati li kienu jieħdu l-kuntratti tal-gvern.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru l-ewwel wieħed li jiltaqa’ mal-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew

Il-Prim Ministru Malti huwa l-ewwel kap ta stat li ltaqa‘ ma Antonio Tajani, li wara ħames votazzjonijiet sigrieti fil-parlament, ġie elett bħala l-President tal-Parlament Ewropew

Il-Prim Ministru mistenni jkollu diskussjoni mal-President Tajani ftit qabel ma jippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija lill-Membri tal-Parlament Ewropew fis-seduta plenarja ġewwa Strasburgu. 
Aqra aktar

Fuel irħas mil-lum

Għall-11–il darba f’din il-leġislatura, illum jerġgħu jorħsu l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, filwaqt li l-prezzijiet internazzjonali taż-żejt żdied b’6%.

Il-petrol u d-diesel raħsu biex il-prezz tad-diesel illum huwa €1.14 u tal-petrol €1.27.
Aqra aktar

Send this to a friend