PM – Page 5 – One News

Notifiki

Il-GWU tfakkar il-75 sena mit-twaqqif tagħha

Il-General Workers’ Union qed tfakkar il-75 sena mit-twaqqif tagħha.

F’kungress li ġie organizzat għal dan l-anniversarju, il-Prim Ministru Joseph Muscat faħħar il-ħidma tal-General Workers Union u l-kisbiet li għamlet tul dawn l-aħħar snin għall-interess tal-ħaddiema.Aqra aktar

Riżultati li se jibqgħu ġejjin

Fil-Belt Valletta l-Prim Ministru tkellem dwar kif ir-riżultati ġejjin. Ġejjin bil-kbir u se jibqgħu jiġu. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar il-ftehim li kien iffirmat mal-Assoċjazzjoni Medika Matlija, il-MAM, fl-aħħar jiem. Fisser kif għal darb’ oħra l-gvern wera r-rieda li jasal bil-politika tal-persważjoni. Kuntrast mat-taqtigħ il-qalb ta’ dawk li jgħorku jdejhom meta jaraw il-maltemp.

Aqra aktar

ARA: Il-Prim Ministru jagħmilha ta’ gwida lil grupp ta’ studenti f’Kastilja

Grupp ta’ studenti ingħataw sorpiża mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kienu qed jagħmlu żjara fil-Belt Valletta. Dan hekk kif hu stedinhom biex idawwarhom ma’ Kastilja. Bl-istudenti bi tbissima fuq fommhom u b’attenzjoni liema bħalha apprezzaw il-ħin li l-Prim Ministru ddedika biex jagħmilha ta’ gwida għalihom. Ħin li matulu l-Prim Ministru spjega lill-istudenti l-istorja rikka ta’ Kastilja.

Aqra aktar

Rapport li r-Russja wara l-istorja Egrant; Joseph Muscat jikkummenta

Mistoqsi mill-ġurnalisti l-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb għal artiklu fis-sit intelligenceonline.com. Hemm qed ikun allegat li hemm forzi Russi imdaħħla fil-kampanja elettorali ta’ pajjiżna.

Joseph Muscat ikkonferma li s-servizzi sigrieti ta’ żewġ pajjiżi ħbieb Malta infurmaw lill-Gvern Malti li din l-istorja setgħet inħolqot wara li Malta rrifjutat li tipprovdi fuel lill-vapuri Russi li kienu sejrin is-Srija.

Kompla jispjega li l-attitudni ta’ Presidenza Maltija li għaġġlet biex iffaċilitat programm ta’ visa waiver mal-Ukrajna urtat lil xi nies, u qed jingħad li ta’ dan seta’ kien hemm tpattija. Il-Prim Ministru kien kawt u meqjus fuq din l-aħbar li titfa’ f’dawl ġdid dak allegat fl-aħħar ġimgħat.Aqra aktar

Send this to a friend