PM – Page 4 – One News

Notifiki

“Malta se tkompli tibni fuq bażi soda biex tasal għal aktar opportunitajiet”- il-PM

F’rendikont li ta fil-Parlament dwar żewġ laqgħat li kellu fi Brussell il-jiem li għaddew, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta se tkompli tkun parteċipi f’laqgħat bħal dawn, u tkompli tibni fuq bażi soda biex tasal għal aktar opportunitajiet.

Fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru Muscat kien preżenti għall-laqgħa tal-Kunsill Ewropew u l-Laqgħa bejn pajjiżi Ewropej u Asjatiċi.

Fost dak li kien diskuss, wieħed isib Brexit, l-immigrazzjoni, is-sigrutà interna, u relazzjonijist esteri. Aqra aktar

DIRETT: il-PM b’messaġġ qabel jitħabbar il-baġit għall-2019

Il-Prim Ministru Joseph Muscat għadda messaġġ fuq il-midja soċjali, minuti biss qabel jitħabbar il-baġit għall-2019.

It-tema għal dan il-baġit hija ‘Malta, ngħixu s-suċċess’, hekk kif dan huwa baġit li ffoka fuq titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.

“Għad m’hemmx konklużjonijiet dwar Brexit minkejja li ż-żmien qed jagħfas”- il-PM

Waqt li kien qed jikkumenta waqt is-Summit tal-Mexxeja Ewropej fi Brussel, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa mhux se jidħol fl-ispekulazzjonijiet jekk hux se jsir Summit Ewropew f’Novembru jew le. Il-Prim Ministru Muscat qal li l-Ewropa u r-Renju Unit għadhom ma wasslux għal ftehim minħabba l-bżonn ta’ assigurazzjoni dwar dak li se jiġri rigward l-Irlanda. Aqra aktar

Bosta atleti milqugħa f’Kastilja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ f’Kastilja lil diversi sportivi li kisbu unur fl-aħħar ġimgħat u ppreżentalhom rikonoxximent. Il-Prim Ministru, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, laqgħu lit-timijiet tal-waterpolo,Neptunes Leo Vegas li rebħu l-Premier Divsion tal-Kampjonat tas-Sajf, lil Marsaxlokk Browns, li rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Kampjonat tas-Sajf, u lil Exiles Elia Caterers li rebħu l-kampjonat tan-nisa. Ġew rikonoxxuti wkoll it-tim tan-nisa ta’ taħt it-tmintax –il sena tal-basketball li kisbu l-fidda f’Divżjoni Ċ tal-Kampjonati Ewropej tan-nisa f’Andorra, u s-Sur Charles Aquilina li rebaħ il-kampjonat Mondjali tat-table soccer f’Ġibiltà fil-kategorija tal-Veterani.Aqra aktar

Send this to a friend