plejer – One News

Notifiki

Minn plejer professjonali għal Patri

Wara karriera professjonali ta’ tnax–il sena fil-futbol fejn fost l-oħrajn lagħab mat-timijiet ta’ Manchester United u Norwich u mat-tim Nazzjonali tal-Irlanda,iż-żgħażugh Philip Mulryn beda jħoss xi ħaġa nieqsa f’ ħajtu minkejja s-suċċessi li kien qed jagħmel.

Għalhekk waqaf sena mill-futbol u mar lura f’ pajjiżu fejn hemm beda jħoss is-sejħa sabiex jingħaqad mal-Ordni Dumnikana fejn eventwalment ġie ordnat saċerdot.

Iltqajna ma’ dan il-patri fil-Kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat fejn qed iqatta ftit taż-żmien qabel ma’ jkompli bil-vokazzjoni f’ Dublin l-Irlanda.

Aqra aktar

Malti fiċ-ċans li jirbaħ $25,000 bit-talent tiegħu

Għat-tieni darba din is-sena, il-plejer Malti Reuben Grech,  flimkien mat-tim tiegħu OneHash se jkun qed jivjaġġa lejn ir-Renju Unit biċ-ċans li jirbaħ $25,000, jiġifieri, €22,314 se jieħu sehem fil-kampjonat dinji ta’ Call of Duty li se jsir f’ Sheffield l-Ingilterra bejn l-24 u l-25 ta’ Ġunju. Call of Duty hija logħba magħrufa ferm.

Aqra aktar

Il-ħolma tal-plejer tat-tim Nazzjonali Malti nbidlet f’realtà

Iż-żagħżugħ li jilgħab mat-tim Nazzjonali Malti u li lbieraħ iddebutta ma’ Glasgow Rangers, fl-Iskozja, stqarr li l-ħolma tiegħu saret realtà.

F’intervista, Myles Beerman qal li qatt ma ħaseb li minn din il-gżira żgħira f’nofs il-Mediterran kien se jasal sa hawn. Il-plejer kellu prestazzjoni tajba matul din il-partita kontra t-tim Kilmarnock li ntemmet fi skor ta’ 0-0.

Aqra aktar

Send this to a friend