plastik | One News

Notifiki

“Rapporti” minn studenti Maltin dwar l-użu tal-plastik u l-ambjent rikonoxxuti minn għaqda ambjentali dinjija

Min b’rakkont viżiv, min b’rapport, u min b’preżentazzjoni. Dawn kienu l-modi li bihom studenti minn għadd ta’ skejjel Maltin għażlu li jissieħbu mal-għaqda Young Reporters for the Environement biex iqajmu għarfien akbar biex jonqos l-użu tal-plastik.

YRE Global irrikonoxxiet żewġ proġetti minn Malta, rakkont awdjo-viżiv li nħadem f’kollaborazzjoni ma’ skola fi Spanja, u studju maħsub biex iħeġġeġ aktar persuni jixtru prodotti Fair Trade, li jfisser li jkunu tkabbru u ġew ippakkjati b’mod li jħares l-ambjent.Aqra aktar

ARA: Santa Klaws jagħti daqqa t’id biex jitneħħa l-plastik minn qiegħ il-baħar fi Spinola

Din is-sena, Santa Klaws ta daqqa t’id fil-ġlieda kontra l-plastik fl-ibħra tagħna. Waqt inizjattiva ta’ tindif f’San Ġiljan, diversi għaqdiet taw sehemhom biex jinġabar il-plastik u skart goff li kien f’qiegħ il-baħar fl-inħawi ta’ Spinola.

L-attività saret b’kollaborazzjoni bejn Żibel, No to Plastic, u stabbilimenti bħal Raniero’s Adventures, Cafè Cuba, u Park Towers.

Qanfud jispiċċa vittma ta’ plastik mormi barra

Hekk kif madwar id-dinja għaddejja kampanja sħiħa dwar il-ħsara li jikkawża l-plastik, messaġġ xokkanti fuq il-midja soċjali dalgħodu niggeż lil ħafna. Jidher li persuna jew persuni li għal xi mumenti tpaxxew b’ġelat, ma kkawżaw xejn ħlief ħsara lil qanfud li pprova jistkenn fil-plastik li ntrema’ barra. Dan spiċċa b’rasu maqbuda fil-plastik mingħajr ebda mod kif joħroġ minnha.Aqra aktar

Ara fejn jispiċċa l-plastik li jintrema barra minħabba l-maltemp…

Filmat li qed jinxtered fuq il-midja soċjali juri ammont xokkanti ta’ plastik fit-toroq Maltin li kawża tal-maltempata qawwija, inġema’ mal-ġenb tat-triq. Diversi persuni wrew dispjaċir għal dan, speċjalment minħabba l-fatt li ammonti kbar ta’ plastik fit-triq jista’ jkollhom riperkussjonijiet koroh fuq il-bniedem.

Lidl Malta se telimina l-plastik mill-ħwienet tagħha

Lidl Malta se tneħħi prodotti tal-plastik mill-ħwienet tagħha bħala parti minn strateġija ikbar biex jitnaqqas l-użu tal-plastik b’20% sal-aħħar tal-2025. Il-Kumpanija qed telimina plastik li jintrema bħal tazzi, platti u pożati fit-8 iħwienet mifruxa mal-gżejjer Maltin sal-aħħar tal-2019. Dawn il-prodotti ser ikunu mibdula ma’ prodotti alternattivi riċiklabbli li l-Kumpanija qed taħdem fuqhom bħalissa mal-fornituri tagħha. It-tieni pass huwa li l-Lidl tneħħi u tibdel il-pożati u straws tal-plastik.Aqra aktar

Send this to a friend