planning authority | One News

Notifiki

ARA: It-tariffi tal-iskema ta’ regolarizzazzjoni tal-proprjetà mhux se jogħlew

L-iskema ta’ regolarizzazzjoni tal-Awtorita tal-Ippjanar se tkun estiża għal sena oħra. Dan filwaqt li l-ħlasijiet se jinżammu kif kienu fl-ewwel sentejn.

F’intervista ma’ One News, iċ-chairperson eżekuttiv tal-Awtorita tal-Ippjanar Johann Buttigieg tkellem dwar din il-bidla.

Bidla li se tfisser li mhux se jkun hemm żieda ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija tal-ħlasijiet.

Ħassejna l-bżonn għaliex anke mid-domanda li kien hawn t’applikazzjonijiet li qed jiġu imposti li nagħmlu estensjoni ta’ din l-iskema u ddeċidejna li attwalment inżommu ir-rata kif kienet oriġinali.

L-ewwel sentejn tal-iskema se jagħlqu fid-dsatax t’ Awwissu.

Is-Sur Buttigieg tkellem dwar ir-raġunijiet prinċipali għaliex kien hemm dil-bidla fil-ħlasijiet tat-tielet sena tal-iskema.

Nies li jixtiequ japplikaw imma mhux qed isibu periti biżżejjed biex ikunu jistgħu jagħmlu dawn l-applikazzjonijiet ta’ regularisation, kif ukoll il-fattur ekonomiku li min allura ma jistax jilħaq jagħmel dit-tip ta’ regularisation jaf ikollu problema biex attwalment meta jiġi biex ibiegħ jew jagħmel tranżazzjoni fuq il-propjetà tiegħu jaf ikollu problemi mal-banek u ma’ min ikun qed jixtri.

Jirriżulta l-iktar lokalità li fiha kien hemm applikazzjonijiet kienet San Pawl il-Baħar, segwieta miż-Żebbuġ u minn Tas-Sliema.

Applikazzjonijiet li ġġeneraw mas-sbatax-il miljun ewro, li bihom l-Awtorita tal-Ippjanar setgħet toħloq skemi ġodda biex dawk il-flus jerġgħu ikunu investieti fil-kommunita.

Prattikament l-applikazzjonijiet kienu jirrelataw mainly residential uses, jiġifieri dak huwa l-main bulk tal-applikazzjonijiet. L-ammont t’ applikazzjonijiet li daħlu jaqbżu t-tmint elef u tmien mitt applikazzjoni u r-rata ta’ approval taqbeż is-sebgħa u disgħin fil-mija ta’ approval rate, u li dawk l-applikazzjonijiet li ma jiġux aċċettati, ma jiġux aċċettati għaliex fl-opinjoni tal-awtorità dawn ikunu an injury to amenity, jew inkella ma jkunux skont l avviż legali kif inħareġ u allura ma jkunux jistgħu japplikaw 

Is-Sur Buttigieg qal li fil-każ ta’ dawk l-applikazzjonijiet li ma setgħux jiġu aċċettati, l-Awtorita tal-Ippjanar tagħmel dak kollu possibbli biex dak li jkun jiġi konformi.

Aġġornat: Il-Qorti twaqqaf it-twaqqiegħ tal-fabbrika

Fabbrika antika fl-Imrieħel mibnija illegalment kważi erbgħin sena ilu f’żona ‘l barra mil-limiti tal-iżvilupp u li kienet qed tintuża bħala razzett tal-annimali bdiet titwaqqa’ wara azzjoni ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Kienu għall-ħabta tas-sitta ta’ dalgħodu li l-uffiċjali tal-awtorità flimkien ma’ bosta inġenji tal-kostruzzjoni waslu fuq il-post u bdew iħottu l-fabbrika. Madankollu l-azzjoni diretta ma bdietx qabel mal-uffiċjal tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimal ħarġu mat-tlett mitt tigiega, sriedak, ħamiem u fniek flimkien ma’ qattus u tlieta u tlettin pagagall li nstabu f’kundizzjonijiet ħziena.

Aqra aktar

Approvat ir-restawr tal-loġġa ta’ Pinto f’Ħal Qormi

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar tat permess biex isiru żewġ proġetti fil-lokalita’ ta’ Ħal Qormi; ir-restawr tal-loġġa ta’ Pinto fi Pjazza Narbona u ieħor ta’ tisbieħ fi Pjazza tal-Knisja ż-żghira ta’ San Bastjan.

Il-Loġġa ta’ Pinto tinsab biswit il-Knisja ta’ San Bastjan u kellha bżonn restawr immedjat. Inbniet oriġinrajment fl-1772 biex tfakkar il-31 sena minn meta Manuel Pinto de Fonseca sar Granmastru tal-Ordni. Din il-loġġa kienet tappartjeni għal dar akbar li kienet tinkludi wkoll l-istalel tal-Gran Mastru nnifsu. Il-kumpless kien ġie żviluppat bħala post għall-akkomodazzjoni soċjali fl-1981. Il-Leġġenda tgħid li l-gran Mastru kien ipoġġi f’din il-loġġa biex jistkenn mix-xemx waqt li jsewgi t-tlielaq taż-żwiemel.

Aqra aktar

Proposti 24 sit biex jiġu dikjarati bħala ‘dominju pubbliku’

Wara l-approvazzjoni unanima mill-Parlament, f’Mejju 2016, tal-liġi dwar “Dominju Pubbliku”, l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika lista ta’ 24 sit li ġew nominati biex jiġu ddikjarati bħala’ Dominju Pubbliku ‘. Dan jiżgura li l-pubbliku jingħata d-dritt li jgawdi dawn is-siti, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li kienu diġà mogħtija lil terzi persuni fuq dawn l-artijiet.

Aqra aktar

20 applikazzjoni mal-PA għal ċentri ta’ child care

• INVESTIMENT TA’ MILJUNI U ĊENTRI TAL-OGĦLA LIVELL

Quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar hemm 20 applikazzjoni b’rabta ma’ ċentri għall-ħarsien tat-tfal, kważi kollha għal ċentri ġodda. Jispikkaw l-applikazzjonijiet biex dawk magħrufa bħala ‘terraced houses’ jitwaqqgħu u jinbidlu f ’ċentri tal-ħarsien tat-tfal.

L-applikazzjonijiet għal dawn it-tip ta’ ċentri qegħdin jiżdiedu fid-dawl li qed tiżdied id-domanda għaċ-ċentri ta’ ħarsien tat-tfal minħabba l-iskema ta’ child care b’xejn li nieda l-Gvern ftit tas-snin ilu. Fil-fatt huma iktar minn 6,400 tifel u tifla li llum jużaw dawn iċ-ċentri meta qabel bdiet l-iskema, tal-Gvern kienu ftit mijiet li kienu jagħmlu użu minn dawn iċ-ċentri.

Aqra aktar

L-Imħallef Emeritus Joseph David Camilleri jinħatar osservatur bejn il-PA u l-ERA

Wara sena mill-qasma tal-MEPA, biex illum pajjiżna għandu Awtorità tal-Ippjanar u Awtorità tal-Ambjent, l-Imħallef Emeritus Joseph David Camilleri inħatar biex isegwi x-xogħol li sar miż-żewġ awtoritajiet.

Matul din is-sena l-Awtoritajiet kienu affaċċjati b’numru ta’ sfidi li jeħtieġ li jiġu ndirizzati biex ikunu jistgħu jiprovdu servizz regolatorju effiċjenti u aktar effettiv.

Aqra aktar

APPROVAT il-villaġġ tal-Karnival

B’mod unanimu, bord mill-Awtorità tal-Ippjanar approva l-pjan għall-villaġġ tal-Karnival.

Huwa proġett ta’ ħames miljun ewro li se jsir il-Marsa, minflok dak li nsibuħ bħala l-garaxx tal-Gvern qrib Albertown. Dan tal-aħħar ġie rilokat.

Il-pjan kien tressaq quddiem il-MEPA, li  llum hi l-Awtorità tal-Ippjanar, u dwaru sar proċess ta’ konsultazzjoni ma’ dilettanti tal-karnival. Permezz ta’ dan il-villaġġ, artisti differenti jistgħu jaħdmu qrib xulxin u se jingħata nifs ġdid lill-Karnival.

Se jkun hemm 25 maħżen b’għoli ta’ tliet sulari, fejn jistgħu jinbnew il-karrijiet. Il-kumpless se jinkludi workshops anke għal min jaħdem fuq kostumi, għal min ikun irid jipprattika ż-żfin relatat mal-karnival.Aqra aktar

MIĊĦUDA applikazzjoni għall-akkademja tal-isparar fis-Siġġiewi

B’vot unanimu l-bord tal-awtorita’ tal-ippjanar ma laqax applikazzjoni għall-zvilupp ta’ shooting range f’art ODZ fiz-zona ta’ Ħax-Xluq’ fil-limiti tas-Siġġiewi.

L-izvilupp kien propost biex ikun hemm bidla fis-sit biex il-binja tkun użata bħala ‘clubhouse’.

Izda l-awtorita’ tal-ippjanar ċaħdet l-applikazzjoni għaliex il-pjan propost imur kontra numru ta’ policies u regolamenti.

Il-post fejn kienet proposta li tinbena x-shooting range fl-inħawi ta’ Ħax-Xluq għandu valur agrikolu għoli u hija art verġni.

Aqra aktar

L-Awtorità tal-Ippjanar bi qligħ għall-ewwel darba wara disa’ snin

L-Awtorità tal-Ippjanar, għall-ewwel darba f’9 snin se tkun qed tagħmel qligħ u taqta’ mill-kotba telf ta’ €1.6 miljun li saru mill-MEPA fl-2014 u €1.9 miljun li saru fl-2015. Il-MEPA kienet tingħata s-somma ta’ €3.9 miljun fis-sena bħala għajnuna mill-Gvern.

Meta kienet qed tagħlaq id-dibattitu biex l-Kamra tapprova l-Estimi tal-Awtorità tal-Ippjanar għll-2016, is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri ħabbret li d-dħul din is-sena se jiżdied minn €12.9 miljun s-sena l-oħra għal €14-il miljun, minkejja li għal din is-sena mhux se tingħata għajnuna mill-Gvern.

Aqra aktar

Send this to a friend