PL | One News

Notifiki

Adrian Delia: “Dawk li jivvutaw lill-PN huma Maltin ta’ vera”

F’ġimgħa oħra kkaraterizzata minn inkwiet intern għall-Partit Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia reġa’ ikkonferma l-qasma fil-partit, riżultat tal-inkompetenza tiegħu li f’sena u seba’ xhur baqa’ ma kienx kapaċi jmexxi u jgħaqqad partit.

Fil-kazin Nazzjonalista tas-Siġġiewi, tkarrab sabiex il-Partit Nazzjonalista jitkellem b’leħen wieħed, dan f’mument fejn il-fazzjoni ta’ Delia ma jarawx għajn m’għajn u ma jikkoperawx mal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.Aqra aktar

Diskors minn kap ta’ partit li spiċċa “borġ ġebel”- il-PL

Il-Partit Laburista ddeskira d-diskors ta’ Adrian Delia dalgħodu bħala riflessjoni ta’ Kap ta’ partit li jinsab mifrud u li jrid jipprova jgħaqqdu billi jkun negattiv u jikkritika kull ma jiġri f’pajjiżna. Fl-istess stqarrija, il-Partit Laburista qal li kif wara kollox qallu wieħed mid-deputati tiegħu, b’din l-attitudni, il-Partit Nazzjonalista “borġ ġebel” kien u “borg ġebel” għadu.

Minflok, u b’kuntrast, il-pajjiż qed jibqa’ jissaħħaħ. U minkejja l-oppożizzjoni distruttiva l-Maltin u l-Għawdxin, flimkien mal-gvern, se jibqgħu jiksbu r-riżultati biex Malta ta’ Għada tkun Suċċess.

“Għall-Partit Nazzjonalista l-Ħelsien ifisser iżolament”- il-PL

Għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Malta ħielsa tfisser Malta iżolata. Dan qalu l-Partit Laburista, li fi stqarrija qal li skont Adrian Delia, għandna niżolaw ruħna u nreġġgħu l-pajjiż lura .

Ikun tajjeb li l-PN jinħeles minn argumenti negattivi li ntużaw mill-Kap ta’ qabel, mingħajr  suċċess, fakkar il-Partit Laburista.

“Inwettqu dak li ma riedx il-PN”- il-PL

B’dak imħabbar illum, il-Gvern se jkun qed iwettaq bidliet li kwart ta’ seklu ta’ gvernijiet Nazzjonalista ma kinux kapaċi jwettqu. Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, li l-gvern se jkun qed jimplimenta, huma bidliet għal liġijiet li huma wirt gvernijiet Nazzjonalista.

L-istqarrija żiedet tispjega li meta kien fil-poter, il-Partit Nazzjonalista kien komdu jħalli kollox kif inhu. Li kien għall-Kap tal-Opppożizzjoni, il-Kummissjoni Venezja lanqas ġiet Malta għax meta sejħilha l-gvern preżenti Adrian Delia kien ħareġ jgħajjar il-gvern.Aqra aktar

‘Delia mdejjaq bis-suċċess’- il-PL

Id-diskors negattiv tal-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu huwa diskors ta’ bniedem imdejjaq bil-fatt li l-ikbar vittma tas-suċċess li kiseb il-pajjiż huwa l-Partit Nazzjonalista li hu ried jibdel, iżda minflok spiċċa biex bidel lilu.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija b’reazzjoni għad-diskors li ta l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia l-Ħadd filgħodu fl-Imsida.

“Il-PN jitfa’ l-piż fuq il-poplu”- il-PL

Għall-Partit Nazzjonalista s-soluzzjoni b’rabta mat-talbiet għas-sidien tal-pompi tal-petrol hi dak li jaqbad jaċċetta talba li permezz tagħha jogħla l-prezz tal-fuel għall-familji u negozji.  Fi stqarrija, il-Partit Laburista fakkar kif tul l-aħħar snin il-gvern ħaddem politika li waslet biex Malta llum għandha prezzijiet tal-fuel orħos mill-medja Ewropea. Kuntrast ma’ żminijiet il-gvernijiet Nazzjonalisti.Aqra aktar

“Il-PN mhux kredibbli jitkellem fuq il-valur tal-art pubblika”- il-PL

Il-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli li jitkellem fuq il-valur tal-art pubblika. Sostna dan il-Partit Laburista b’reazzjoni għal akkużi li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista dwar proċess li għaddej dwar art li se tintuża għal investiment turistiku.

Il-Partit Laburista nnota li l-ġimgħa li għaddiet, il-Qorti kkonfermat ir-responsabbilità tad-deputat Jason Azzopardi fl-iskandlu tal-art tal-Löwenbräu.  Fejn l-uniku tellief fid-deal tal-art kien il-poplu Malti.Aqra aktar

Sentenza tal-Qorti l-konferma li Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika

F’sentenza tal-Qorti dalgħodu, f’kawża ta’ libell li d-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi għamel kontra l-Ministru Owen Bonnici, kien hemm konferma ta’ dak li ilu jgħid il-Partit Laburista. Huwa Jason Azzopardi l-politiku li kellu jerfa’ r-responsabbiltà għall-iskandlu tal-art tal- Löwenbräu li fost oħrajn ġab il-kundanna tal-Awditur Ġenerali.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista fakkar kif Jason Azzopardi kien mar il-Qorti wara konferenzi tal-aħbarijiet fuq is-suġġett mill-Partit Laburista. Iżda, mix-xhieda li semgħet u d-dokumenti li rat il-Qorti kkonkludiet li kellu raġun il-Partit Laburista li jsejjaħ lil Jason Azzopardi biex iwieġeb għad-deċiżjonijiet skandalużu f’dan il-każ.Aqra aktar

Send this to a friend