pjazza – One News

Notifiki

Allegazzjonijiet skorretti dwar il-kwistjoni tas-siġar fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis qal li allegazzjonijiet li siġar fil-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid inqerdu, huma skorretti.

Fuq Facebook, Parnis qal li s-siġar li qabel kien hemm fil-pjazza llum jinsabu mħawlin x’imkien ieħor, fosthom f’Wied Blandun u fi Ġnien il-Mediterran. Dan il-proċess sar minn diversi esperti wara li ttieħdu pariri minn diversi ambjentalisti.

Fil-Pjazza tħawlu siġar oħra li jridu ż-żmien tagħhom biex jikbru.

Bħalissa l-Gvern għaddej ukoll b’ħidma biex jiġġenera Ġnien il-Mediterran li għal xi żmien tħalla fi stat ta’ abbandun. Illum qed jiżdiedu s-siġar fih, qed isiru l-bankini u passaġġi biex dak li jkun jgħaddi minnu b’mod aktar faċli. Fl-istess ħin, il-ġnien se jkun imdawwal aħjar u qed isir ġibjun u sistema ta’ irrigation tal-ogħla livell biex is-siġar ta’ dan il-ġnien ikunu jistgħu jissaqqew b’mod professjonali.

“Kif wieħed jista’ jara tul dan il-proġett dejjem tajna prijorità lill-ambjent ta’ madwarna u fl-aħħar se jkollna ġnien ta’ 30 tomna fin-naħa t’isfel ta’ Malta li jkun jista’ jgawdih kull min iżur Raħal Ġdid”- qal Silvio Parnis.

 

 

BIL-FILMATI: Eluf ta’ nies jiċċelebraw l-10 snin ta’ Joseph Muscat bħala mexxej

10 snin ta’ bidla li raw il-Partit Laburista jimxi triq twila biex jadotta attitudni li tinkludi lil kulħadd. Bidla li ġabet mewġa ta’ suċċessi mhux biss eletorali imma wkoll kisbiet u aġġornamenti fi ħdan il-Partit Laburista li bil-vot b’saħħtu tal-poplu Malti u Għawdxi kien elett fl-2013 u fl-2017 biex imexxi l-Gvern Malti; b’maġġoranzi li qatt ma rajna bħalhom fl-istorja ta’ pajjiżna.

Dan kollu seħħ bit-tmexxija tal-Partit Laburista minn Joseph Muscat li kellu viżjoni u waħħadha mal-imħabba lejn Malta u Għawdex bħala nazzjon wieħed.

Il-Prim Ministru mistenni jindirizza lill-pubbliku preżenti fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fis-19.15pm.

 

It-tieni jum ta’ SFIDA GĦAXRA

Illum, waqt il-programm Pjazza, tkompli sfida għaxra. Sfida li qed tara l-produzzjoni ta’ Pjazza tilħaq il-mira li tiġbor €10,000 għall-Partit Laburista fil-ħames edizzjonijiet tul din il-ġimgħa.Aqra aktar

Illejla Pjazza Edizzjoni Speċjali

Illejla Pjazza Edizzjoni Speċjali se jkun qed jiddiskuti t-tellieqa għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista bejn Adrian Delia, Alex Perici Calascione, Frank Psaila u Chris Said.

Il-programm jibda fit-20:30 fuq ONE.

ARA: Proġett ta’ tisbiħ f’waħda mill-pjazez ta’ Ħal Qormi

Ħal Qormi se jkun qed igawdi minn proġett ta’ tisbiħ f’waħda mill-pjazez ewlenin tal-lokalità. Kif wieħed jista’ jara mill-viżwali, dan il-proġett se jkun qed jikkumplimenta ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq il-Knisja l-antika ta’ San Sebastjan. Ladarba jitlesta, dan il-proġett se jkun qed jagħmel il-Knisja u l-bankina aktar aċċessibbli.

Aqra aktar

Muscat jitlob diskussjoni dwar il-prostituzzjoni u l-kannabis

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li hemm bżonn diskussjoni serja dwar il-prostituzzjoni u l-kannabis. Filwaqt li tkellem kif issa l-Unjoni Ċivili trid tinbidel fi żwieġ. Dawn id-dikjarazzjonijiet għamilhom waqt il-programm il-Ġimgħa fi Pjazza li jixxandar fuq ONE.

Meta tkellem dwar l-użu tal-kannabis il-Prim Ministru qal li saru passi kbar. Dan b’referenza għar-riformi li saru f’din il-leġiżlatura. “Bil-bidliet fil-liġi ħafna miż-żgħażagħ imorru quddiem bord li jieħu d-deċiżjonijiet,” spjega l-Prim Ministru li fakkar kif fil-qasam tal-kannabis bħala mediċina wkoll saret bidla.

Aqra aktar

Send this to a friend