pittura | One News

Notifiki

Filmat: Pittura ta’ Santa Rosalia se tivvjaġġa mill-Knisja ta’ Sarria għal Palermo

Il-pittura ta’ Santa Rosalia ta’ Mattia Preti li tinsab fil-Knisja ta’ Sarria fil-Floriana tinsab fi triqitha lejn Palermo.

Dan hekk kif għall-ewwel darba f’din il-belt, il-Fondazzjoni Federico t-Tieni, li hija l-istituzzjoni kulturali fi ħdan il-Palazz Irjali, se torganizza wirja kollha kemm hi ddedikata għal Santa Rosalia, il-qaddisa patruna ta’ Palermo.

Fl-aħħar xhur il-President tal-Assemblea Reġjonali ta’ Sqallija talab formalment lill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca sabiex pajjiżna jagħti kontribut lil dil-wirja internazzjonali.

Dan billi toffri l-pittura ta’ Santa Rosalia, impittra minn Mattia Preti fis-Seklu 17. Talba li ntlaqgħet mill-President u ħadet ħsieb li twettaqha.Aqra aktar

Pittura tinbiegħ għal $110.5 miljun

Pittura li tpittret mill-artist Jean-Michel Basquiat nbiegħet fi New York għall-preżż ta’ $110.5 miljun. Dan ifisser li nbiegħet id-doppju tal-pitturi li nxtraw is-sena l-oħra tal-istess artist.

Dan il-prezz qed jitqies bħala rekord fejn hi waħda mill-akbar offerta li qatt saret għal biċċa arti magħmula minn artist Amerikan.

Aqra aktar

Kriminalità li tiswa l-MILJUNI

Ir-reati kriminali marbuta mal-kultura ma jkunux evidenti ħafna, għax ma jaffettwawx nies daqs kemm jaffettwawhom reati oħra.

Imma immaġina tixtri biċċa arti tiswa eluf kbar ta’ ewro għax mingħalik qed tixtri l-oriġinali, iżda ma tkun ksibt xejn għajr kopja li l-valur tagħha jkun inqas bil-bosta.  Din hija waħda mill-isfidi fil-qasam tal-kriminalità marbuta mal-kultura.

F’din l-intervista tista’ ssegwi x’qal espert tal-Europol, Michael Will. Fost oħrajn qal li ġieli jkun hemm anke persuni akkademiċi involti.

Aqra aktar

Pittura misterjuża ta’ ċertu ‘Alberto’ mis-seklu 15 se tkun għall-wiri

Pittura fuq panew tas-Seklu 15 se tkun tista’ terġa’ titgawda mill-pubbliku wara li ġiet konservata u restawrata minn Heritage Malta. Permezz tal-wirja, ‘Reborn – an early Renaissance painting in focus’, dan il-panew jinsab esebit għal perjodu qasir fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fejn il-pubbliku jkun jista’ japprezza aħjar il-proċess ta’ restawr u konservazzjoni li kien meħtieġ biex il-pittura ma tintilifx.

 L-għan huwa li dan il-panew jitpoġġa għall-wiri b’mod permanenti fil-MUŻA, li huwa l-mużew il-ġdid tal-arti għall-komunitá fil-Berġa tal-Italja u li se jkun wieħed mill-akbar proġetti mwettqa għal Valletta 2018 meta tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Aqra aktar

Għall-ewwel darba f’Malta, l-arti tintuża bħala terapija psikoloġika

L-arti qed tintuża Jeanette Fiott sabiex toffri terapija psikoloġika.

Ma One News spjegat li hija ħaġa naturali li wieħed ifittex l-arti biex jesprimi ruħu, kemm dwar dak li huwa konxju minnu u anke dak li mhux. “It-terapista jkun jaf x’inhu għaddej u jkun jista’ jinterpreta x’inhu jiġri” stqarret Fiott, biex imbagħad wara mill-inqas ħames sessjonijiet, tkun tista’ tibda t-triq għall-fejqan.

X’inhuma l-aktar problemi li tiltaqa’ magħhom? Il-bullying u li wieħed ma jemminx fih innifsu.

Segwi aktar fil-filmat.

Aqra aktar

Prova li hija PRETI

Riċerka estensiva li saret fuq pittura li bħalissa tinsab fil-Mużew tal-Arkeoloġija, turi li din hija xogħol oriġinali tal-pittur Taljan Mattia Preti. Dan intqal minn uffiċċjali ta’ Heritage Malta, fosthom il-kuratur ta’ MUŻA, Sandro Debono, f’ diskussjoni mal-midja lokali biex l-entita kulturali tiċċara l-pożizzjoni tagħha.

Aqra aktar

Pittura unika ta’ Mattia Preti għall-wiri b’xejn

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici illum attenda għall-ftuh uffiċjali ta’ wiri ta’ pittura ta’ unika ta’ Mattia Preti organizzata minn Heritage Malta.

Heritage Malta xtrat din il-pittura ta’ Mattia Preti, self portrait tal-artist innifsu, għall-prezz ta’ €75,000.

Waqt konferenza stampa fil-Mużew tal-Arkeoloġija, l-Ministru Bonnici qal li dan l-akkwist hu parti mill-ħidma ta’ Heritage Malta, li qiegħeda tkompli tkabbar dejjem aktar il-kollezzjoni  nazzjonali tal-arti. Filfatt, il-Ministru Bonnici spjega li s-sena li għaddiet intefqu madwar €300,000 f’artifatti differenti.

Aqra aktar

Jiskopri t-talent tal-arti waħdu

Kyle Duca, żgħażugħ ta’ 24 sena magħruf ma’ bosta għat-tpinġijiet li jagħmel li fil-maġġoranza tagħhom jkunu ta’ plejers tal-futbol. Iżda ħadd ma jkun irid jemmen lil dan iż-żgħażugħ meta jgħidilhom li hu qatt ma ħa lezzjonijiet tal-arti.
Aqra aktar

Send this to a friend