pickpocketing | One News

Notifiki

Il-każi ta’ pick-pocketing f’pajjiżna jonqsu bi 48%

Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, il-Pulizija rnexxielha tnaqqas kważi bin-nofs il-każijiet ta’ pickpocketing f’pajjiżna. Ċifri li kiseb ONE News juru li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena seħħu 953 każ ta’ pickpocketing. Dan ifisser tnaqqis ta’ 48% meta mqabbel mal-istess xhur is-sena li għaddiet meta seħħu kważi d-doppju tal-każijiet.Aqra aktar

Tinżamm arrestata fuq akkużi ta’ ‘pickpocketing’

Evdokiya Zlatkova ta’ 23 sena mill-Bulgarija nżammet taħt arrest fuqi akkużi ta’ ‘pickpocketing.’

Hija tressqet il-Qorti iktar kmieni llum wara li l-bieraħ inqabdet fil-mument tipprova tisraq minn basket ta’ mara li kienet għadha kif telgħet fuq tal-linja, f’Triq it-Torri Tas Sliema.

Fil-Qorti Zlatkova wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha u talbet ukoll għall-ħelsien mill-arrest.

Madankollu l-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ma laqgħetx din it-talba hekk kif Zlatkova ma għandiex indirizz fiss. L-ispettur Jonathan Ransley li żied jgħid li l-Bulgara baqgħet ma provdietx informazzjoni dwar fejn toqgħod f’Malta.

Zlatkova dehret inkwetata ferm bid-deċiżjoni tal-Qorti hekk kif kienet pjanata ssiefer lura lejn il-Bulgarija, fis-17 ta’ Lulju.

 

Twissi dwar każijiet ta’ pickpocketing fi żmien il-festi

Fl-aħħar erba’ snin tressqu mija disa’ u għoxrin persuna l-qorti b’rabta ma’ pickpocketing.

Bl-akbar numru jkun is-sena l-oħra fejn kienu tressqu disa u għoxrin persuna.

Madankollu din is-sena sa Settembru kienu diġa tressqu tnejn u għoxrin biex imbagħad f’ każ ieħor nhar il-5 ta’ Ottubru tressaq grupp ta’ tlettax il-persuna wara operazzjoni mill-Pulizija f’Tas-Sliema.

B’hekk it-total ta’ persuni li tressqu matul l-elfejn u sbatax b’akkużi ta’ pickpocketing jilħaq il-ħamsa u tletin persuna.

Aqra aktar

Fl-2015 irrappurtat 2,030 każ ta’ pickpocketing

Fl-2015 kienu rrappurtatai 17,138 offiża. 12% minnhom huma relatati mal-pickpocketing, li ammontaw għal 2,030 każ.

Dan ifisser żieda ta’ kważi 500 każ ta’ pickpocketing mis-sena ta’ qabel, li baqa’ konsistenti huwa li dawk li jikkommettu dan ir-reat huma fil-maġġoranza tagħhom ta’ nazzjonalità barranija.

Aqra aktar

Send this to a friend