philip von brockdorff – One News

Notifiki

Akkademiku fl-Università jgħid li l-ekonomija qed issir aktar reżiljenti b’setturi ekonomiċi ġodda

Ix-xejriet pożittivi li nnutaw l-esperti tal-aġenzija ta’ kreditu DBRS ikkummentaw dwarhom ukoll l-ekonomista u lettur fl-Università ta’ Malta, Philip Von Brockdorff.

Huwa kompla fuq dak li qalu d-DBRS fejn spjega kif pajjiżna qed ikollu setturi oħra li fihom jimraħ u b’hekk l-ekonomija ta’ Malta hija iżjed diversifikata. Aqra aktar

It-tnaqqis fid-dejn huwa riżultat ta’ tmexxija serja fil-finanzi pubbliċi

Fit-tielet kwart tas-sena li għadda, Malta rreġistrat it-tielet l-akbar tnaqqis fid-dejn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Eurostat qal li d-dejn ta’ Malta naqas b’aktar minn 4.4 fil-mija biex issa niżel għal taħt il-55 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross.

Fl-istess perjodu, b’erbgħa punt tnejn fil-mija, Malta rreġistrat l-ogħla surplus fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Għall-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta Dr Philip von Brockdorff, iċ-ċifri tal-Eurostat huma frott it-tmexxija serja fil-finanzi pubbliċi u l-istabilità ekonomika u finanzjarja li għandu pajjiżna li jwasslu sabiex jattira investituri barranin.

Aqra aktar

Send this to a friend