petrol – One News

Notifiki

“Il-PN jitfa’ l-piż fuq il-poplu”- il-PL

Għall-Partit Nazzjonalista s-soluzzjoni b’rabta mat-talbiet għas-sidien tal-pompi tal-petrol hi dak li jaqbad jaċċetta talba li permezz tagħha jogħla l-prezz tal-fuel għall-familji u negozji.  Fi stqarrija, il-Partit Laburista fakkar kif tul l-aħħar snin il-gvern ħaddem politika li waslet biex Malta llum għandha prezzijiet tal-fuel orħos mill-medja Ewropea. Kuntrast ma’ żminijiet il-gvernijiet Nazzjonalisti.Aqra aktar

“Jien lest li npoġġi fuq mejda u niddiskuti”- il-Ministru Joe Mizzi dwar il-kwistjoni tal-pompi tal-petrol

Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi qal li l-Gvern lest li jerġa’ jpoġġi fuq il-mejda u jiddiskuti mas-sidien tal-pompi tal-petrol dwar il-kwistjoni tal-għajnuna li qed jitlbu biex ilħaqqu mal-ħtiġijiet infrastrutturali.

F’kummenti ma’ ONE NEWS wara li l-GRTU qalet li s-sidien qed jikkonsidraw li jistrajkjaw jekk ma jkunx hemm żidiet fil-qligħ mill-fjuwil, il-Ministru saħaq li mhu ser jieħu l-ebda deċiżjoni li ser tkun ta’ detriment għall-konsumatur.Aqra aktar

Filmat: Qabad isuq u kaxkar il-pompa warajh!

Filmat li qed jinxtered fuq il-midja soċjali bħalissa qed jagħti spettaklu lil bosta. Dan qed juri sewwieq li waqaf f’pompa tal-petrol jimla’ l-karozza, iżda ma ndunax li mhux lest. Dan jidher jaqbad isuq u jiġbed il-pompa warajh.

Jidher li l-filmat ittella’ fuq Facebook minn sid il-pompa, li spjega li xi kultant “trid tara biex temmen”.

Il-PM jikkummenta kif tneħħiet iż-żieda fil-faqar ta’ żmien il-PN

Iddeskriva t-tnaqqis fil-faqar bħala punt importanti ħafna. “Il-ġid mhux biżżejjed toħolqu imma int trid tqassmu,” qal Joseph Muscat li fisser kif ix-xogħol tal-istat hu li jaħseb fiż-żgħir mid-dħul li għamel hu. Spjega kif bejn l-2008 u l-2013 kien hemm żieda ta’ 18,000 f’dawk f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali u dawn niżlu b’16,000 fl-aħħar ħames snin.

Aqra aktar

Bl-istabbiltà, prezz medju irħas mill-Unjoni Ewropea

Analiżi teknika ġimgħa b’ġimgħa mill-ewwel xahar tal-amministrazzjoni Laburista, li b’rabta mal-prezz tal-fuel għażlet l-istabbiltà, turi kif f’dan il-perjodu l-prezz tal-fuel f’Malta kien aħjar minn dak medju fl-Unjoni Ewropea.

Għal 152 ġimgħa mill-aħħar tliet snin u għaxar xhur il-prezz medju tal-petrol f’Malta kien irħas minn dak fl-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li fi tmienja minn kull għaxar ġimgħat il-konsumatur Malti ħallas prezz irħas mill-Unjoni Ewropea. Fil-każ tad-diesel il-konsumatur Malti ħallas prezz inqas f’sitt ġimgħat minn kull għaxra. Biex il-prezz tad-diesel f’Malta kien irħas f’117-il ġimgħa. B’hekk din l-analiżi ġabet fix-xejn ukoll rapport fit-Times of Malta li l-konsumatur Malti ħallas iktar prezz tad-diesel.

Aqra aktar

Żieda ta’ 8% fil-prezz taż-żejt

Il-prezz taż-żejt żdied bi tmienja fil-mija biex laħaq l-ogħla livelli f’ħames ġimgħat. Dan wara li wħud mill-pajjiżi li l-iktar li jipproduċu żejt ħadu deċiżjoni li jnaqqsu l-produzzjoni għall-ewwel darba mill-2008. Deċiżjoni meħuda bil-għan li jżommu l-prezz.

Aqra aktar

Send this to a friend