persuni – One News

Notifiki

Imniedi sit elettroniku apposta għal persuni b’diżabilità

Il-fondazzjoni Inspire u l-Fondazzjoni Richmond nedew pjattaforma online, magħrufa bħala Know Your Rights, sabiex persuni b’diżabilità kif ukoll dawk li jieħdu ħsiebhom, ikollhom aktar aċċess sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

F’dan is-sit online, il-persuni b’diżabilità għandhom it-tweġiba għal 78 mistoqsija dwar bosta servizzi li jistgħu jibbenefikaw minnhom fosthom dak ta’ Learning Support Educator.Aqra aktar

Il-Gvern se jinvesti €23 miljun għat-tisħiħ fil-qasam tal-persuni b’diżabilità

Mill-bidu ta’ Jannar daħlu fis-seħħ għadd ta’ miżuri li tħabbru fil-Budget għal din is-sena li se jkomplu jtejbu l-livell tal-għajxien tal-persuni b’diżabilità.

B’investiment ta’ €23 miljun, jiġifieri €4 miljun aktar mis-sena l-oħra, il-Gvern se jkompli jwettaq fażi oħra tar-riforma fl-Assistenza għall-Persuni b’Diżabilità.

L-ewwel miżura li se tidħol fis-seħħ hi ż-żieda fil-benefiċċji li se tingħata lill-persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol u anke l-persuni b’diżabilità severa u li assolutament ma jistgħux jaħdmu. Dan il-benefiċċju se jiżdied minn €140 għal €150 fil-ġimgħa. Minbarra hekk l-iskema se tiġi estiża għal 600 persuna oħra.Aqra aktar

In-numru ta’ persuni nieqsa f’Kalifornja kawża tan-nirien jinżel għal 25

In-numru ta’ persuni rrappurtati nieqsa kawża tan-nirien qattiela li ħakmu l-Istat Amerikan ta’ Kalifornja, niżel għal 25. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat, u fl-eqqel ta’ dan id-diżastru naturali, in-numru ta’ persuni nieqsa kien ilaħħaq l-1,200.

L-agħar inħawi li kienu milquta min-nirien kienu dawk li jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-Istat, fosthom ir-raħal bl-isem Paradise.Aqra aktar

1 minn kull 4 persuni fid-dinja huma affettwati minn problema ta’ saħħa mentali

Skont stħarriġ tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, wieħed minn kull erba’ persuni fid-dinja huma affettwati minn problemi ta’ saħħa mentali.

Fil-ħajja li qegħdin ngħixu llum, il-problemi tas-saħħa mentali qegħdin dejjem jiżdiedu, u minn stħarriġ li sar mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatrija jirriżulta li f’Malta għandna bzonn ta’ iktar professjonisti jaħdmu f’dan il-qasam.Aqra aktar

Se jibdew jiġu analizzati l-persuni kollha li jivvjaġġaw fiż-żona Schengen

Il-passiġieri li jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi fiż-żona Schengen, fostom Malta, se jibdew jiġu analizzati minn sezzjoni ġdida fi ħdan il-korp tal-Pulizija msejħa Passenger Name Record System.  

Din se tirċievi l-informazzjoni tal-passiġġieri mill-ewwel, u saħansitra tibqa’ tirċieviha sa qabel tingħalaq il-bieba tal-ajruplan. Aqra aktar

Malta bl-iktar nies intitolati għall-protezzjoni internazzjonali

Ir-rapport annwali tal-2016 ippubblikat mill-EASO juri kif f’pajjiżna kellna l-ogħla rata ta’ persuni li kellhom l-aktar raġunijiet validi biex jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Fil-fatt, total ta’ 83% mit-total ta’ persuni li fittxu l-protezzjoni f’pajjiżna, issoddisfaw il-kriterja neċċessarja biex jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Pajjiżna kien segwit mill-Olanda u l-Awstrija b’72%, filwaqt li l-pajjiż li fih ingħataw l-anqas protezzjoni kien fl-Ungerija bi 8%.

Aqra aktar

Londra: In-numru ta’ persuni mejta mistenni jiżdied

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili f’Londra wettqu ħidma tul il-lejl wara nirien kbar li ħakmu l-blokk ta’ appartamenti magħrufa bħala Grenfell Towers fil-Punent ta’ Londra.

Tnax-il persuna tilfu ħajjithom u diversi oħra għadhom neqsin. 65 persuna kienu salvati mill-bini ħafna minnhom issa sfaw mingħajr dar.

Aqra aktar

755 persuna iżommu f’buthom pensjoni li kienet itteħditilhom

  • Igawdu minn bidla tal-baġit 2015

Miżura li daħlet fil-baġit għas-sena 2015 u li għall-ewwel darba bdiet tħalli pensjoni sħiħa ta’ diżabbiltà lil persuni b’diżabbiltà li joħorġu jaħdmu, qed igawdu minnha 755 persuna li għalkemm qed jaqilgħu paga li hija iktar minn dik minima xorta waħda jibqgħu jieħdu l-benefiċċju li kellhom qabel.

Meta preżenta l-baġit ta’ sentejn ilu l-Ministru tal-Finanzi kien qal: “Se nwettqu l-wegħda elettorali li jekk persuna b’diżabbiltà ssib xogħol, xorta tibqa’ tieħu pensjoni sħiħa. Sal-lum, biex dan ikun il-każ, persuna b’diżabbiltà tista’ tasal biss sa paga minima. Aħna se nneħħu din ir-restrizzjoni għaliex id-diżabbiltà ma tisparixxix mal-paga.”

Aqra aktar

Send this to a friend