persuna – One News

Jerġgħu minkejja l-kundanna

Minkejja l-kundanna li saret minn numru kbir ta’ nies għal memes li qed jittellgħu fuq grupp partikolari fuq facebook li jisimpatizza mal-Partit Nazzjonalista reġà qed ixerred ritratt ieħor. Ritratt li għal darb’oħra huwa meme ta’ wiċċ persuna b’abiltajiet differenti minflok wiċċ il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

Inċident fl-Imtarfa – missier jaqa’ għoli

Misser waqa minn gallarija tar-residenza tiegħu fi Triq San David fl-Imtarfa għal ġo terrazzin.

Huwa kien fil-gallarija meta ssakkar, mar jaqbeż għal isfel iżda spiċċa b’sieq miksura.

Ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post, u r-raġel ta’ 38 sena ttieħed l-isptar Mater Dei.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: IL-VITTMA HUWA N-NEGOZJANT DAVID ABELA

Il-pulizija qed tinvestiga l-mewt tan-negozjant David Abela li nstab mejjet fir-residenza tiegħu, speċifikament imgeżwer b’liżar fis-sodda tiegħu u x’aktarx kien marbut bit-tape, fi Triq il-Ġiżi fis-Swieqi. Abela huwa s-sid ta’ 21st Century, kumpanija tal-karozzi tal-kiri lussużi u Direttur ta’ Aviaserve Ltd.

Ir-raġel għandu 51 sena u huwa residenti s-Swieqi. Il-Pulizija qalet lil one.com.mt, li mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li dan kien omiċidju. Huwa mifhum li Abela miet b’daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

Aqra aktar